KONFERMA OĦRA TA’ L-OPPORTUNIŻMU LI TIMXI BIH L-
pr1360
24/09/2005
| Huwa | ironiku li llum il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jitkellem dwar il-klawsola ta’ salvagwardja għas-settur agrikolu, li hija parti mill-ftehim li l-Gvern innegozja ma’ l-Unjoni Ewropea, liema ftehim il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni tant oppona. |
| L-Oppożizzjoni | tibbaża l-politika tiegħu fuq opportuniżmu. Dan kien konfermat għal darb’oħra mill-Kap ta’ l-Oppożizzjoni meta tkellem dwar l-użu tal-klawsola ta’ salvagwardja fis-settur agrikolu. Mingħajr ma pprovda ebda fatti konkreti, anzi bl-aktar mod vag possibbli, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qal li Gvern immexxi mill-Partit Laburista ’bla problema ta’ xejn’ jirrikorri għall-użu ta’ din il-klawsola. |
| Il-Gvern | itenni li din hija stqarrija irresponsabbli li tikxef għal darb’oħra l-mod ta’ kif tagħmel il-politika l-Oppożizzjoni. Il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni messu jaf li biex titħaddem il-klawsola ta’ salvagwardja trid issir talba lill-Kummissjoni Ewropea u jridu jkunu ppreżentati fatti u ċifri li jippruvaw din it-talba. Din it-talba trid tkun ippruvata mill-Kummissjoni Ewropea. |
| Minkejja | li l-Oppożizzjoni taf dan kollu, xorta titkellem b’mod li joħloq aspetattivi foloz u li m’huma bbażati fuq ebda fatti konkreti. F’ġieħ il-verita’, il-Gvern itenni li l-iskop tal-klawsola ta’ salvagwardja dejjem kien li sservi bħala t-tieni saff ta’ protezzjoni jekk ifallu s-sussidji u jekk ikun ippruvat li s-suq Malti jkun imħarbat. |
| Bħalma | kien ripetut diversi drabi, u kif ippruvat mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika, jidher ċar li s-sussidji qed jilħqu l-iskop tagħhom u d-dħul għall-bdiewa u r-raħħala qed jiżdied u mhux jonqos. |
| Madanakollu, | il-Gvern irid għal darb’oħra jtenni li hu jibqa’ dispost li jagħmel każ b’saħħtu quddiem il-Kummissjoni Ewropea għat-tħaddim ta’ din il-klawsola u kemm il-darba jirriżulta li l-għixien tal-bdiewa u r-raħħala jkun mhedded kawża ta’ importazzjoni ta’ prodotti agrikoli. |
| Minflok | ma jirrikorri għall-opportuniżmu, il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni jmessu jgħid lill-bdiewa u lir-raħħala x’sussidji kien jipprovdilhom kieku Malta għażlet il-Partnership, li kienet twassal għal suq ħieles xorta fis-settur agrikolu mingħajr ebda forma ta’ għajnuna. |
| Il-Gvern | itenni li se jibqa’ joħloq l-aħjar kundizzjonijiet biex il-bdiewa u r-raħħala Maltin u Għawdxin jieħdu l-aħjar opportunitajiet li jirriżultaw mill-isħubija fl-Unjoni Ewropea. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947