JIRDOPPJA L-AMMONT TA’ SKART MIĠBUR MILL-BRING-IN SITES FL-AĦĦAR SENA
pr1357
23/09/2005
| L-ammont | ta’ skart miġbur mill-bring-in sites fl-aħħar sena rdoppja meta mqabbel ma’ l-iskart miġbur bejn l-2003 u l-2004. L-iskart miġbur mill-Wasteserv fl-ewwel tmien xhur ta’ din is-sena laħħaq għal 2.2 miljun kilogrammi ta’ skart riċiklabbli li minnhom 1.1 miljun kilo kienu karta, 360,000 kilo huma plastik, 184,000 kilo huma metall u 596,000 kilo huma ħġieġ. |
| Dan | il-fatt jikkonferma kemm l-isforzi u l-inizjattivi tal-Gvern, permezz tal-Wasteserv, qed iħallu l-frott u qed jasal il-messaġġ li l-iskart huwa responsabbiltà ta’ kulħadd u li l-iskart jitqies bħala riżorsa. |
| Dan | qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha ngħataw dettalji dwar il-proġett Re:Public, li huwa proġett ta’ riċiklar u perkussjoni bejn l-artisti Maltin Vince Briffa u Renzo Spiteri. Dan il-proġett se jittella’ fl-aħħar serata ta’ l-attivitajiet li qed isiru biex jitfakkar il-fatt li l-belt Irlandiża ta’ Cork intgħażlet bħala l-Belt Kapitali Kulturali Ewropea 2005. |
| George | Pullicino qal li qed tingħata importanza kbira lill-komunikazzjoni u informazzjoni lill-poplu u għal dan il-għan 20 persuna li kienu qed ifittxu xogħol ġew imħarrġa dwar metodi kif jista’ jitnaqqas u jkun isseparat l-iskart u fix-xhur li ġejjin se jżuru madwar 20,000 dar f’lokalitajiet differenti biex jinfurmaw lir-residenti. Qed jitħejjew ukoll arranġamenti biex anki esibizzjonijiet bħal Re:Public jintwerew f’lokalitajiet differenti permezz ta’ road shows edukattivi li jsiru b’mod regolari b’kollaborazzjoni mal-Kunsilli Lokali; |
| Il-Ministru | Pullicino qal li sfortunatament għad hawn ukoll il-lat negattiv u l-kruha tal-vandaliżmu reġgħet kienet fl-aqwa tagħha fl-aħħar jiem b’mewġa ta’ vendikazzjonijiet li wasslet biex intremew mal-200 fridge, saqqijiet, skart tal-kostruzzjoni u skart ieħor f’diversi żoni ta’ Malta, inkluż fit-toroq li għadhom kemm infetħu din il-ġimgħa. |
| Hu | fakkar li sa’ issa, matul din is-sena intefqu ma’ l-Lm400,000 biex inġabru 11,200 tunnellata ta’ skart li ntremew b’mod abbużiv u illegali. Biex nagħti eżempju, b’dawn il-flus kien jinxtara l-pavimentar kollu li hemm bżonn għall-proġett ta’ tisbiħ ta’ l-Imdina. Filwaqt li appella biex min għandu xi informazzjoni dwar dawn l-atti vandali biex jgħaddiha lill-pulizija, il-Ministru George Pullicino fakkar li fi ftit jiem oħra se jidħlu fis-seħħ regolamenti u multi aktar ħorox kontra min jinqabad jarmi skart b’mod illegali u abbużiv. Hu awgura li dan iwassal biex din il-pjaga tinqered minn pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947