FTUĦ TAS-SENA FORENSI
pr1356
23/09/2005
| Nhar | it-Tnejn 3 ta' Ottubru, 2005, fil-10.30 a.m. ser issir is-seduta inawgurali fl-okkażżjoni tal-ftuħ tas-Sena Forensi. Isiru diskorsi ta' l-okkażżjoni mis-Sinjurija Tiegħu il-Prim Imħallef Vincent Degaetano, LL.D., u mill-President tal-Kamra ta’ l-Avukati Dr. Robert Mangion LL.D. |
| Għal | din is-seduta, li ser tinżamm fil-Qorti Kriminali, ser jattendu, fost mistiedna oħra, l-Eċċellenza Tiegħu il-President ta' Malta u s-Segretarju Parlamentari fil-Ministeru tal-Ġustizzja u Intern. |
| Wara | din is-seduta, is-Sinjura Rosemarie Cachia, bint l-ex Prim Imħallef Sir George Borg, ser tagħti lill-Ġudikatura ritratt ta' missierha impinġi minn Dr. Carmelo Cassar. L-għotja ta' din il-pittura ser issir fil-Kamra tal-Konferenzi tal-Prim Imħallef wara s-seduta inawgurali. |
| Membri | ta' l-istampa huma mistiedna jattendu kemm għas-seduta fil-Qorti Kriminali kif ukoll għaċ-ċerimonja tal-għotja tal-pittura. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947