Left arrow Mur Lura

PROPOSTA GHAL DIRETTIVA ĠDIDA DWAR MAKKINARJU

pr1355
Date Icon 23/09/2005

Il-Ministeru għall-Kompetittività u l-Komunikazzjoni (MKMP), permezz tad-Direttorat għall-Prodotti tal-Konsumatur u Industrjali ta’ l-Awtorita` Maltija dwar l-Istandards, qiegħed iniedi dokument għall-konsultazzjoni (ICD 10/2005) dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Makkinarju u li temenda id-Direttiva 95/16/KE dwar il-Liftijiet.

Permezzta’ din il-proposta qed tinkiteb mill-ġdid id-Direttiva preżenti dwar il-Makkinarju (98/37/KE) u ser ukoll tintroduċi emendi għad-Direttiva dwar il-Liftijiet (95/16/KE).
Il-propostatestendi l-applikabilita` tad-Direttiva dwar il-Makkinarju għal:
1) Tagħmir li jinġarr li jaħdembl-iskrataċ, bħal per eżempju għodda għal iffissar, ‘stunning pistols’, ‘marking guns’ eċċ., fejn l-iskartoċċ mhux ‘direct-acting’ u li huma intenzjonati biss għal skopijiet industrijali u tekniċi.  L-apparat li fih l-iskartoċċ huwa ‘direct-acting’ huma meqjusin bħala armi tan-nar u għalhekk jibqgħu barra l-iskop tad-Direttiva dwar il-Makkinarju.
2) L-għodod ta’ l-irfigħ fis-sitita’ kostruzzjoni intiżi sabiex jerfgħu lill-persuni jew lill-persuni u l-merkanzija; u
3) Tagħmir għall-irfiegħ ta’persuni b’mobilità mnaqqsa.
Il-proposta temenda wkoll id-Direttivadwar il-Liftijiet biex jiġu esklużi minnha bl-aktar mod ċar u inklużi taħt il-proposta l-ġdida:
- mezzi ta’ rfiegħ li għandhomveloċità ta’ mhux aktar minn 0.5m/s;
- mezzi ta’ l-irfigħ liminn fuqhom jista` jsir xogħol; u
- skalaturi u passaġġi mekkaniċifejn jimxu n-nies.
Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwaril-Makkinarju tinkludi il-proposti li ġejjin:
- Id-Direttiva proposta tapplika bissgħall-makkinarju komplut lest biex jintuża.  Makkinarju li jkun parzjalment komplut ser jeħtieġ li jiġi akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta’ inkorporazzjoni fil-forma preżenti tiegħu u b’istruzzjonijiet għall-assemblaġġ li għandhom jiġu inklużi fil-fajl tekniku tal-makkinarju;
- Kjarifikazzjoni tar-relazzjoni bejnid-Direttiva dwar Apparat li Jaħdem b’Vultaġġ Baxx (72/23/KEE) u d-Direttiva dwar il-Makkinarju biex jiġu evitati provvedimenti duplikati bejn iż-żewġ direttivi;
- Emendi għal lista ta’ makkinarjuli għalihom hija meħtieġa stima ta’ konformità aktar stretta; u
- Żieda ta’ proċedura ta’assikurazzjoni ta’ kwalità sħiħa mal-proċeduri għall-istima tal-konformita eżistenti.  Din ser tippermetti lill-manifattur li jistabilixxi sistema ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità minflok ma’ jgħaddi l-makkinarju għall-eżaminazzjoni tat-tip KE minn Korp Notifikat.
Il-konsultazzjoni tagħlaq nhar it-30ta’ Ottubru 2005.

Noti lill-edituri:

1.   Kopja tad-Dokument Inizzjali ta’ Konsultazzjoni, illi tinkludi informazzjoni ulterjuri, tinsab f’ http://www.msa.org.mt.

2.  L-elementi prinċipali tal-proposta huma dawn li ġejjin:  

-     definizzjoni aħjar ta’ l-iskop tad-direttiva, kjarifikazzjoni tar-relazzjoni ma’ direttivi oħrajn,
speċjalment id-Direttivi dwar Apparat li Jaħdem b’Vultaġġ Baxx u dwar Liftijiet, kif ukoll deskrizzjoni aktar ċara dwar il-kunċett ta’ “Makkinarju Parzjalment Komplut”;

- tisħiħ tal-provvedimenti relatati mas-sorveljanza tas-suq uman-notifikazzjoni ta’ korpijiet  għall-istima tal-konformità; u
- introduzzjoni ta’ proċedura ta’ assikurazzjoni ta’kwalità sħiħa għal ċertu kategoriji ta’ makkinarju.

       Aktar informazzjoni tista tiikiseb mis-sit elettroniku tal-Kummissjoni:       http://europa.eu.int/comm/enterprise/mechan_equipment/machinery/direct/proposal.htm

3.  Kwalunkwe kontributi bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-30 ta’ Ottubru 2005 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:

       Awtorita` Maltija Dwar l-Istandards

(Attn: Kap – Direttorat tal-Prodotti Industrjali utal-Konsumatur)
It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti,Valletta , VLT 03; jew

       fax: 2124 2406; jew

       e-mail: anthony.camilleri@msa.org.mt; joseph.micallef@msa.org.mt; linda.worley@msa.org.mt.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow