PROPOSTA GHAL DIRETTIVA ĠDIDA DWAR MAKKINARJU
Il-Ministeru għall-Kompetittività u l-Komunikazzjoni (MKMP), permezz tad-Direttorat għall-Prodotti tal-Konsumatur u Industrjali ta’ l-Awtorita` Maltija dwar l-Istandards, qiegħed iniedi dokument għall-konsultazzjoni (ICD 10/2005) dwar Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Makkinarju u li temenda id-Direttiva 95/16/KE dwar il-Liftijiet.
| Permezz | ta’ din il-proposta qed tinkiteb mill-ġdid id-Direttiva preżenti dwar il-Makkinarju (98/37/KE) u ser ukoll tintroduċi emendi għad-Direttiva dwar il-Liftijiet (95/16/KE). |
| Il-proposta | testendi l-applikabilita` tad-Direttiva dwar il-Makkinarju għal: |
| 1) Tagħmir li jinġarr li jaħdem | bl-iskrataċ, bħal per eżempju għodda għal iffissar, ‘stunning pistols’, ‘marking guns’ eċċ., fejn l-iskartoċċ mhux ‘direct-acting’ u li huma intenzjonati biss għal skopijiet industrijali u tekniċi. L-apparat li fih l-iskartoċċ huwa ‘direct-acting’ huma meqjusin bħala armi tan-nar u għalhekk jibqgħu barra l-iskop tad-Direttiva dwar il-Makkinarju. |
| 2) L-għodod ta’ l-irfigħ fis-siti | ta’ kostruzzjoni intiżi sabiex jerfgħu lill-persuni jew lill-persuni u l-merkanzija; u |
| 3) Tagħmir għall-irfiegħ ta’ | persuni b’mobilità mnaqqsa. |
| Il-proposta temenda wkoll id-Direttiva | dwar il-Liftijiet biex jiġu esklużi minnha bl-aktar mod ċar u inklużi taħt il-proposta l-ġdida: |
| - mezzi ta’ rfiegħ li għandhom | veloċità ta’ mhux aktar minn 0.5m/s; |
| - mezzi ta’ l-irfigħ li | minn fuqhom jista` jsir xogħol; u |
| - skalaturi u passaġġi mekkaniċi | fejn jimxu n-nies. |
| Ir-reviżjoni tad-Direttiva dwar | il-Makkinarju tinkludi il-proposti li ġejjin: |
| - Id-Direttiva proposta tapplika biss | għall-makkinarju komplut lest biex jintuża. Makkinarju li jkun parzjalment komplut ser jeħtieġ li jiġi akkumpanjat minn dikjarazzjoni ta’ inkorporazzjoni fil-forma preżenti tiegħu u b’istruzzjonijiet għall-assemblaġġ li għandhom jiġu inklużi fil-fajl tekniku tal-makkinarju; |
| - Kjarifikazzjoni tar-relazzjoni bejn | id-Direttiva dwar Apparat li Jaħdem b’Vultaġġ Baxx (72/23/KEE) u d-Direttiva dwar il-Makkinarju biex jiġu evitati provvedimenti duplikati bejn iż-żewġ direttivi; |
| - Emendi għal lista ta’ makkinarju | li għalihom hija meħtieġa stima ta’ konformità aktar stretta; u |
| - Żieda ta’ proċedura ta’ | assikurazzjoni ta’ kwalità sħiħa mal-proċeduri għall-istima tal-konformita eżistenti. Din ser tippermetti lill-manifattur li jistabilixxi sistema ta’ assikurazzjoni ta’ kwalità minflok ma’ jgħaddi l-makkinarju għall-eżaminazzjoni tat-tip KE minn Korp Notifikat. |
| Il-konsultazzjoni tagħlaq nhar it-30 | ta’ Ottubru 2005. |
Noti lill-edituri:
1. Kopja tad-Dokument Inizzjali ta’ Konsultazzjoni, illi tinkludi informazzjoni ulterjuri, tinsab f’ http://www.msa.org.mt.
2. L-elementi prinċipali tal-proposta huma dawn li ġejjin:
- definizzjoni aħjar ta’ l-iskop tad-direttiva, kjarifikazzjoni tar-relazzjoni ma’ direttivi oħrajn,
speċjalment id-Direttivi dwar Apparat li Jaħdem b’Vultaġġ Baxx u dwar Liftijiet, kif ukoll deskrizzjoni aktar ċara dwar il-kunċett ta’ “Makkinarju Parzjalment Komplut”;
| - tisħiħ tal-provvedimenti relatati mas-sorveljanza tas-suq u | man-notifikazzjoni ta’ korpijiet għall-istima tal-konformità; u |
| - introduzzjoni ta’ proċedura ta’ assikurazzjoni ta’ | kwalità sħiħa għal ċertu kategoriji ta’ makkinarju. |
Aktar informazzjoni tista tiikiseb mis-sit elettroniku tal-Kummissjoni: http://europa.eu.int/comm/enterprise/mechan_equipment/machinery/direct/proposal.htm
3. Kwalunkwe kontributi bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat tal-Prodotti Industrijali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-30 ta’ Ottubru 2005 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:
Awtorita` Maltija Dwar l-Istandards
| (Attn: Kap – Direttorat tal-Prodotti Industrjali u | tal-Konsumatur) |
| It-Tieni Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, | Valletta , VLT 03; jew |
fax: 2124 2406; jew
e-mail: anthony.camilleri@msa.org.mt; joseph.micallef@msa.org.mt; linda.worley@msa.org.mt.
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947