Proposta li temenda, għal finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku
| Il-Ministeru għall-Kompetittivita` | u l-Komunikazzjoni (MKMP), permezz tad-Direttorat għal Prodotti tal-Konsumatur u Industrjali ta’ l-Awtorit`’ Maltija dwar l-Istandards, qiegħed iniedi dan id-Dokument ta’ Konsultazzjoni (ICD 08/2005) dwar proposta għall-emenda għad-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tiġi adattata għall-progress tekniku l-iskeda tad-Direttiva li telenka ċertu eżenzjonijiet mill-istess Direttiva. |
| Id-Direttiva 2002/95/EC (Restrizjoni | ta’ użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’apparat li jaħdem bl-elettriku u apparat elettroniku – fil-qosor magħrufa bħala ROHS) ġiet trasposta fil-legiżlazzjoni Maltija pemezz ta’ l-Avviż Legali 396 ta’ l-2004. Din tipprojbixxi l-użu ta’ ċomb, merkurju, kromju(VI), kadmiju, bifenili polibrominati (PBB) u etere tal-bifenili polibrominati f’apparat li jaħdem bl-elettriku u apparat elettroniku kif inhu definit fi skeda 1A tad-Direttiva 2002/96/EC magħrufa bħala l-WEEE. Apparat Mediku u tagħmir ta’ monitoraġġ u kontroll huma eżentati. Id-Direttiva ROHS tapplika kemm għall-prodotti tal-konsumatur kif ukoll għall-prodotti industrjali. |
| L-abbozz | jikkonferma l-eżenzjoni tad-Deca BDE f’applikazzjonijiet polimeriċi u ddaħħal l-eżenzjoni ġdida ta’ ċomb f’bronżini u ’bushes’ |
| L-abbozz | kurrenti hija suġġetta għal aktar negozjati u l-Gvern Malti qiegħed jimmira li jassigura li l-pożizzjoni tiegħu għal-laqgħat illi jmiss tal-Kumitat ta’ Ħidma tal-Kunsill tirrifletti l-opinjonijiet ta’ l-ispettru l-aktar wiesa’ tal-partijiet interessati u l-konsumaturi Maltin. |
| Il-Konsultazzjoni | tagħlaq nhar it-30 ta’ Ottubru, 2005. |
| Noti | lill-edituri: |
1. Kopja tad-Dokument inizzjali ta’ Konsultazzjoni, illi tinkludi informazzjoni ulterjuri, tinsab f’ http://www.msa.org.mt.
2. Dawn il-prodotti huma mistennija li jintlaqtu minn din id-direttiva: tagħmir intiż għal użu fid-dar (bħal ”vacuum cleaners”, ”washing machines” ”toasters” etc), tagħmir tat-telekommunikazzjoni u IT (bħal kompjuters, “printers”, “photocopiers”, “faxes”, settijiet tat-telefon, eċċ.), tagħmir elettroniku tad-dar (bħal radjijiet, televiżjonijet, apparat tal-”hifi”, strumenti mużikali eċċ.), linef u bozoz, għodda li taħdem bl-elettriku (barra minn makni kbar industrijali) (bħal ”drills” ta’ l-eletriku, ”cross-cuts”, makni tal-ħjata, ”milling machines”, tornijiet eċċ.), ġugarelli u apparat tad-divertiment u sport (bħal logħob tal-video, ġugarelli li jaħdmu bl-elettriku u kompjuters taċ-ċiklisti u l-bugħaddasa eċċ.), distributuri awtomatiċi (bħal distributuri awtomatici tal-kafe, ATM’s, eċċ.)
3. Kwalunkwe kontributi bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat għal Prodotti Industrjali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-30 ta’ Ottubru 2005 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:
Awtorita` Maltija Dwar l-Istandards
| (Attn: | Kap – Direttorat għal Prodotti Industrjali u tal-Konsumatur) |
| It-Tieni | Sular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 03; or |
| fax: | 2124 2406; or |
e-mail: anthony.camilleri@msa.org.mt;
joseph.micallef@msa.org.mt;
linda.worley@msa.org.mt.
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947