Left arrow Go Back

Proposta li temenda, għal finijiet ta’ adattament għall-progress tekniku, l-Anness għad-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restrizzjoni ta’ l-użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’tagħmir ta’ l-elettriku u elettroniku

pr1354
Date Icon 23/09/2005
Il-Ministeru għall-Kompetittivita`u l-Komunikazzjoni (MKMP), permezz tad-Direttorat għal Prodotti tal-Konsumatur u Industrjali ta’ l-Awtorit`’ Maltija dwar l-Istandards, qiegħed iniedi dan id-Dokument ta’ Konsultazzjoni (ICD 08/2005) dwar proposta għall-emenda għad-Direttiva 2002/95/EC tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tiġi adattata għall-progress tekniku l-iskeda tad-Direttiva li telenka ċertu  eżenzjonijiet mill-istess Direttiva.
Id-Direttiva 2002/95/EC (Restrizjonita’ użu ta’ ċerti sustanzi perikolużi f’apparat li jaħdem bl-elettriku u  apparat elettroniku – fil-qosor magħrufa bħala ROHS) ġiet trasposta fil-legiżlazzjoni Maltija pemezz ta’ l-Avviż Legali 396 ta’ l-2004.  Din tipprojbixxi l-użu ta’ ċomb, merkurju, kromju(VI), kadmiju, bifenili polibrominati (PBB) u etere tal-bifenili polibrominati f’apparat li jaħdem bl-elettriku u apparat elettroniku kif inhu definit fi skeda 1A tad-Direttiva 2002/96/EC magħrufa bħala l-WEEE.  Apparat Mediku u tagħmir ta’ monitoraġġ u kontroll huma eżentati.  Id-Direttiva ROHS tapplika kemm għall-prodotti tal-konsumatur kif ukoll għall-prodotti industrjali.
L-abbozzjikkonferma l-eżenzjoni tad-Deca BDE f’applikazzjonijiet polimeriċi u ddaħħal l-eżenzjoni ġdida ta’ ċomb f’bronżini u ’bushes’
L-abbozzkurrenti hija suġġetta għal aktar negozjati u l-Gvern Malti qiegħed jimmira li jassigura li l-pożizzjoni tiegħu għal-laqgħat illi jmiss tal-Kumitat ta’ Ħidma tal-Kunsill tirrifletti l-opinjonijiet ta’ l-ispettru l-aktar wiesa’ tal-partijiet interessati u l-konsumaturi Maltin.
Il-Konsultazzjonitagħlaq nhar it-30 ta’ Ottubru, 2005.
Notilill-edituri:

1.   Kopja tad-Dokument inizzjali ta’ Konsultazzjoni, illi tinkludi informazzjoni ulterjuri, tinsab f’ http://www.msa.org.mt.

2.   Dawn il-prodotti huma mistennija li jintlaqtu minn din id-direttiva: tagħmir intiż għal użu fid-dar (bħal ”vacuum cleaners”, ”washing machines” ”toasters” etc), tagħmir tat-telekommunikazzjoni u  IT (bħal kompjuters, “printers”, “photocopiers”, “faxes”, settijiet tat-telefon, eċċ.), tagħmir elettroniku tad-dar (bħal radjijiet, televiżjonijet, apparat tal-”hifi”, strumenti mużikali eċċ.), linef u bozoz, għodda li taħdem bl-elettriku (barra minn makni kbar industrijali) (bħal ”drills” ta’ l-eletriku, ”cross-cuts”, makni tal-ħjata, ”milling machines”, tornijiet eċċ.), ġugarelli u apparat tad-divertiment u sport (bħal logħob tal-video, ġugarelli li jaħdmu bl-elettriku u kompjuters taċ-ċiklisti u l-bugħaddasa eċċ.),  distributuri awtomatiċi (bħal distributuri awtomatici tal-kafe, ATM’s, eċċ.)

3.   Kwalunkwe kontributi bil-miktub għandhom jaslu għand id-Direttorat għal Prodotti Industrjali u tal-Konsumatur ta’ l-MSA sat-30 ta’ Ottubru 2005 permezz tal-posta fl-indirizz illi ġej:

Awtorita` Maltija Dwar l-Istandards

(Attn:Kap – Direttorat għal Prodotti Industrjali u tal-Konsumatur)
It-TieniSular, Binja Evans, Triq il-Merkanti, Valletta, VLT 03; or
fax:2124 2406; or

e-mail:                                    anthony.camilleri@msa.org.mt;
joseph.micallef@msa.org.mt;
linda.worley@msa.org.mt.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow