SKOLASAJF - PROGRAMM KREATTIV GHALL-ISTUDENTI
pr1352
23/09/2005
| Madwar 3,800 tifel u tifla mill-iskejjel statali, tal-Knisja, u | indipendenti, ippartecipaw fi Skolasajf 2005. Hadu sehem ukoll madwar 300 student Universitarju u madwar 130 kap u assistent kap u ghalliema bhala ko-ordinaturi fic-Centri ta' Skolasajf. |
| Skolasajf 2005 fethet il-bibien taghha il-Hamis, 14 ta' Lulju, u | baqghet sejra sat-Tnejn 5 ta' Settembru 2005, kuljum mit-Tnejn sal-Gimgha bejn id-9.00a.m. u 12.00p.m. Il-Programm kien miftuh ghat-tfal tar-raba', il-hames u s-sitt klassi ta' l-iskejjel Primarji kollha (Stat, Knisja u Indipendenti) f'Malta u Ghawdex. |
| Il-Programm Skolasajf offra l-opportunità ta' esperjenzi edukattivi | u kreattivi tul ix-xhur tas-sajf biex filwaqt li l-istudenti juzaw il-hin liberu taghhom b'mod produttiv, ikunu qed jilaghbu u jitghallmu ma' shabhom. Skolasajf offriet ukoll l-opportunita` lill-genituri ta' l-istudenti, specjalment dawk li jahdmu, biex fil-hinijiet tax-xoghol ikunu mohhhom mistrieh dwar x'qed jaghmlu t-tfal. Barra minn hekk Skolasajf ipprovdiet lill-istudenti tal-B.Ed u studenti minn fakultajiet ohra li jkunu fl-ewwel, t-tieni u t-tielet sena tal-kors taghhom, opportunijtajiet li josservaw u jikkomunikaw mat-tfal. |
| Il-programm ta' hidma ghat-tfal fi Skolasajf kien jinkludi | sessjonijiet ta' tpingija, drama, zfin, kant, mima, diskussjonijiet, sport u zjarat f'postijiet kulturali, industrjali u kummercjali kemm fuq skala lokali kif ukoll fuq skala nazzjonali, per ezempju: fabbriki, muzewijiet, stazzjonijiet tar-radju, knejjes parrokkjali, banek u ufficcji, u Kunsilli Lokali. |
| Programmi Specjali ohra huma l-programm ta' Prevenzjoni mill-Agenzija | Sedqa, programmi ta' harsien tal-wirt kulturali (Fondazzjoni Wirt Artna), Healthy Breakfast Days, Harsien ta' l-Annimali (S.P.C.A.), programm Kreattiv fil-Kavallier ta' San Gakbu, Separazzjoni ta' l-iskart (WasteServe Malta Ltd) u Drama. |
| Il-Programm ta' Skolasajf gie offrut ukoll fl-Iskejjel Specjali ta' | San Miguel, Guardian Angel, Dun Manwel Attard (Wardija) u Profs Guze' Aquilina Special Unit (Sannat). Tfal li jattendu l-iskola bl-ghajnuna ta' 'facilitator' kellhom dan is-servizz ukoll waqt Skolasajf. |
It-tema maghzula din is-sena kienet "It-Tfal: Cittadini B'Impenn". Iffukajna fuq l-oqsma ta' Sahha, Kultura u Ambjent. Dan fl-okkazjoni tas-sena Ewropea tac-Cittadinanza permezz ta' l-Edukazzjoni.
| Din is-sena sar ukoll il-programm maghruf bhala Klabbsajf ghal dawk | l-istudenti li tul is-sena skolastika jinghataw s-servizz ta' ghajnuna kumplimentari. Dan il-programm kien mahsub apposta biex jghin lil dawn l-istudenti jimxu 'l quddiem fl-edukazzjoni. |
| Fieramaratona Kif isir kull sena Skolasajf ghalqet bil-Fieramaratona | li saret bejn l-Erbgha 31 ta' Awissu u l-Hadd 4 ta' Settembru, gewwa l-Liceo tal-Bniet Maria Regina, l-Blata l-Bajda. Il-Fieramaratona gabet flimkien ezempji tax-xoghlijiet tat-tfal f'wirja nazzjonali, marbutin mat-tema ta' din is-sena 'It-Tfal: Cittadini b'Impenn'. |
| Tfal Cittadini b'Impenn Matul din l-edizzjoni ta' Skolasajf b'rabta | wkoll mat-tema ta' din is-sena, il-Ko-ordinaturi tac-centri gew imhegga biex jinnominaw tfal li wrew valuri ta' mpenn fi Skolasajf: b'kollox kien hemm 72 nominazzjoni (60 f'Malta u 12 f'Ghawdex); l-ghazla ma kinitx wahda facli. |
| It-tifla li rebhet il-premju Tifla Cittadina b'Impenn kienet Kristy | Scicluna mic-Centru Skolasajf ta' Birzebbugia. It-tifel li rebah il-premju Tifel Cittadin b'Impenn kien Nigel Fleri Soler mic-centru ta' Skolasajf ta' Marsaskala. |
| Inghata wkoll premju 'Studenta Universitarja Cittadina b'Impenn' lil | Analise Moran li qieghda fir-raba' sena fl-Universita`. Hija ma' kinetx elegibbli li tahdem u tithallas izda minkejja dan, xorta offriet li tahdem Skolasajf fuq bazi volontarja. Hija attendiet b'mod regolari fic-centru ta' Skolasajf Marsaskala fejn kienet tharreg lit-tfal fl-isports. Id-dedikazzjoni taghha wasslet lic-centru ta' Marsaskala sal-finali tal-Weetabix Fun Games Festivals. |
| Anzjani u Tfal ghal Xulxin Ghal din is-sena wkoll sar progett bejn | id-Dipartiment ghas-Servizzi ghall-Istudent u ghar-Relazzjonijiet Internazzjonali fid-Divizjoni ta' l-Edukazzjoni, u d-Dipartiment ghall-Kura ta' l-Anzjani u s-Servizz fil-Komunita`. Tfal mic-centri ta' Skolasajf ta' Birkirkara, Tarxien/Santa Lucija u Zurrieq ghamlu zjarat fir-residenza ta' San Vincenz de Paule u ltaqghu ma' anzjani u qasmu maghhom esperjenzi tal-passat (fosthom ta' zmien il-gwerra), kif ukoll dwar loghob u ikel tradizzjonali. Intant, it-tfal ta' dawn ic-centri nnominaw u ivvutaw ghall-anzjani li ltaqghu maghhom fir-residenza ghall-premju Anzjani Cittadini b'Impenn: ir-rebbieha ta' Anzjana Cittadina b'Impenn kienet Mary Vella; ir-rebbieh Anzjan Cittadin b'Impenn kien Karmenu Calleja. L-anzjani li rebhu l-premju Koppja Anzjana Cittadini b'Impenn kienu Pauline u Louis Scicluna. |
| Zjara ghand il-Prim Minstru It-tfal ta' Skolasajf din is-sena kellhom | opportunita` li jiltaqghu mal-Prim Ministru Dr. Lawrence Gonzi, gewwa l-Berga ta' Kastilja. Din il-laqgha saret nhar it-Tnejn 5 ta' Settembru 2005 u attendew madwar mija u ghoxrin tifel u tifla mic-centri ta' Skolasajf minn Malta u Ghawdex. It-tfal staqsew diversi mistoqsijiet lill-Prim Ministru fuq suggetti attwali fil-pajjiz, fosthom l-immigrazzjoni irregolari, l-ambjent, toroq, golf course, u Skolasajf. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947