JINBEDA X-XOGĦOL TA’ ILLUMINAZZJONI TA’ L-AKWADOTTI: XOGĦLIJIET INFRASTRUTTURALI MFERXA MAL-PAJJIŻ KOLLU
pr1351
23/09/2005
| Ħaddiema | fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura għaddejjin b’ħidma intensiva fuq bosta proġetti infrastrutturali f’diversi nħawi ta’ Malta. Dawn ivarjaw minn proġetti ta’ tisbiħ, ta’ restawr u anke ta’ tindif. L-għan ta’ din il-ħidma hija li nsebbħu dejjem iżjed id-dehra ta’ pajjiżna sabiex lkoll flimkien ngħixu f’ambjent aħjar li jixraq lil poplu Malti. Dan qalu l-Ministru Ninu Zammit meta żar xogħol ta’ tisbiħ li qed isir mal-medda ta’ l-Akwadotti ta’ Wignacourt. |
| Dan | ix-xogħol huwa maqsum f’żewġ fażijiet. L-ewwel fażi kienet dik ta’ restawr tat-361 arkata, liema xogħol ntemm fi Frar ta’ din is-sena. Issa nbeda xogħol ta’ pavimentar u illuminazzjoni ta’ dan il-monument storiku. F’Lulju nbeda x-xogħol fuq il-parti ta’ l-Akwadotti li minn Fleur de Lys jwassal għal Birkirkara. |
| Il-pavimentar | li se jitpoġġa mar-rotta ta’ l-Akwadotti se jkun ikkumplimentat b’dawl dekorattiv taħt kull arkata sabiex jagħti dik id-dehra partikulari u li tolqot l-għajn matul il-lejl. L-ispiża ta’ din il-fażi tax-xogħlijiet taqbeż il-Lm150,000. Dan jinkludi wkoll il-pagi tal-ħaddiema. |
| Il-Ministru | Ninu Zammit qal li l-istrutturar li twettaq fl-aħħar snin fi ħdan it-Taqsima tax-Xogħlijiet qed iħalli r-riżultati mixtieqa permezz tat-twettiq ta’ bosta proġetti li qed itejbu l-ambjent li ngħixu fih lkoll. Meta mistoqsi dwar il-mewġa ta’ vendikazzjonijiet ta’ rimi ta’ skart b’mod illegali f’bosta toroq arterjali fl-aħħar siegħat, il-Ministru għar-Riżorsi u l-Infrastruttura kkundanna bil-qawwi dawn l-atti vandali u appella lil kull min seta’ ra xi att sabiex jinforma lil awtoritajiet. |
| Huwa | fakkar li fl-ewwel tmien xhur tas-sena diġà ntefqu ’l fuq minn Lm400,000 sabiex inġabru 11,200 tunnellata ta’ skart mormi f’widien u toroq arterjali. B’din l-ispiża, setgħu twettqu żewġ proġetti oħra simili bħar-restawr u tisbiħ ta’ l-Akwadotti. |
| Il-Ministru | għar-Riżorsi u l-Infrastruttura qal ukoll li tinsab għaddejja ħidma fuq it-tfassil ta’ disinji ta’ diversi proġetti ta’ tisbiħ li l-istess Ministeru se jwettaq fix-xhur li ġejjin. Din il-ħidma favur l-ambjent permezz tat-twettiq ta’ proġetti infrastrutturali mferxin ma’ Malta kollha, turi biċ-ċar l-impenn tal-Gvern li jtejjeb dejjem iktar il-kwalita tal-ħajja tal-poplu Malti kollu. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947