L-2006 SE TKUN SENA IMPORTANTI U SENA POŻITTIVA GĦALL-INVESTIMENT BARRANI FIT-TEKNOLOĠIJI F’MALTA – AUSTIN GATT
pr1349
23/09/2005
| Għalkemm | din l-industrija innovattiva hija waħda relattivament ġdida, pajjiżna minħabba l-pożizzjoni strateġika li għandu fl-Ewropa fost raġunijiet oħra, jista’ jgawdi minn vantaġġi kompetittivi fuq pajjiżi oħra, u b’hekk jiġbed iktar investiment minn barra fl-industrija ta’ l-ICT. L-industrija ta’ l-ICT hija waħda li tipprometti madwar id-dinja kollha. Fl-2006, is-suq dinji ta’ l-ICT huwa mħabbar li ser jikber b’4.8%. L-industrija ta’ l-ICT f’ pajjiżna tista’ tkompli tiżviluppa b’mod sostenibbli sakemm ikollna numru sostanzjali ta’ nies li għandhom it-taħriġ u kwalifiki neċessarji fl-ICT l-iktar rikjesti mill-industrija. Dan qalu il-Minsitru għall-Investiment, Industrija u t-Teknoloġija ta’ l-Informazzjoni, Austin Gatt meta kien qed jiltaqa’ ma’ delegazzjoni tal-Malta Association for Private Training Providers, li kienet immexxija mis-Sinjura Rosanne Galea. |
| Il-Ministru Gatt saħaq li l-istituzzjonijiet akkademiċi u vokazzjonali, | b’mod partikolari l-Università u l-MCAST, għandhom rwol importanti fil-provvediment ta’ kwalifiki ta’ livell għoli fl-ICT. Fuq l-elf student qed jistudjaw għal xi kwalifika fl-ICT f’dawn iż-żewġ istituzzjonijiet. Huwa saħaq li s-settur privat, ukoll għandu rwol ugwalment importanti li joffri ċertifikazzjonijiet fl-ICT lil dawk in-nies li jridu jitħarrġu fl-ICT f’livelli differenti. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li l-gvern huwa determinat li jgħin biex ikun hawn bażi solida ta’ taħriġ fl-ICT biex ikollna numru ikbar ta’ nies kwalifikati fl-ICT li jistgħu jsostnu l-iżvilupp kontinwu tas-settur. |
| Sabiex | nilħqu l-oġġettiv politiku dikjarat li 500 persuna tikseb taħriġ u kwalifika fl-ICT kull sena, il-Gvern ħass li huwa indispensabbli r-rwol u l-koperazzjoni ta’ l-entitajiet privati li joffru taħriġ fl-ICT. Kien għalhekk li ġie fformat l-‘ICT Training Providers Forum’, biex naħdmu mas-settur privat lejn dan l-oġġettiv. Dan il-forum jinkludi l-Malta Association for Private Training Providers. Il-Gvern ser jaħdem ma’ din l-assoċjazzjoni, li twaqqfet riċentament bħala partners fl-implimentazzjoni tal-programm tagħna. |
| Il-Gvern | żviluppa mudell li ser jiġi fformulat f’dokument konsultattiv biex nitkellmu l-ideat tagħna dwar is-settur tat-taħriġ dwar: |
| (1) | ir-rwol li ser ikollu l-Gvern u s-settur privat fil-provvediment ta’ taħriġ fl-ICT |
| (2) | it-tip ta’ ċertifikazzjonijiet li għandna l-aktar bżonn |
| L-għan | tal-Minsiteru huwa li fil-waqt li nkabbru n-numru ta’ ċertifikazzjonijiet ta’ l-ICT li huma speċifiċi għall-industrija nżidu l-aċċessibiltà għal dan it-tip ta’ ċertifikazzjonijiet billi jitbaxxa l-prezz taċ-ċertifikazzjonijiet għall-bwiet ta’ studenti u nies li ma jaħdmux, li ser ikunu sussidjati. |
| Il-Gvern | ser jibqa’ jagħti taħriġ ġeneriku minn numru ta’ ċentri stabbiliti lill-istudenti full-time u lin-nies li qed tfittex xogħol bi prezz baxx. B’dan il-Gvern ser ikabbar in-numru ta’ nies li jfittxu taħriġ ta’ livelli ogħla mas-settur privat. Dan iwessa s-suq għas-settur privat. Il-Ministru Austin Gatt ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin ser nippubblikaw regolamenti ġodda li joffru inċentivi fiskali għal min jieħu taħriġ f’aspetti speċjalizzati ta’ l-ICT. Dawn l-inċentivi ser iħajru u finanzjarjarment jippermettu numru akbar ta’ nies jieħdu taħriġ fl-ICT. |
| Huwa | enfasizza li l-Gvern m’għandu l-ebda intenzjoni li jieħu parti mis-suq tal-provdituri privati li joffru taħriġ fl-ICT, anzi l-Gvern irid ikabbar in-numru ta’ nies li jirċievu taħriġ fl-ICT sabiex l-industrija tikber. Is-settur ta’ taħriġ fl-ICT huwa wieħed mis-setturi li għadu qed jiżviluppa u li għad fadal fejn jikber. Il-Gvern għandu dmir jgħin lil min hu fi żvantaġġ ekonomiku u nħajru b’inċentivi fiskali konkreti dawk li jridu javvanzaw billi jitħarrġu f’ certifikazzjonijiet ta’ livell iktar speċjalizzat fl-ICT. |
| Ghaldaqstant, | il-provdituri ta’ taħriġ fl-ICT għandhom jaraw l-impenn tal-Gvern bħala opportunità għalihom, iktar milli xi tip ta’ theddida. It-twaqqif ta’ l-MAPTP hija inizjattiva li l-Gvern japprezza u jħeġġeġ għax tqawwi l-kwalità ta’ koperazzjoni li jista’ jkun hemm bejn il-Gvern u s-settur privat biex jirnexxiela nkabbru l-kapaċitajiet Maltin f’din l-industrija. |
| Il-Minsitru | Gatt qal li qed jikber l-interess t’investituri fis-settur tat-teknoloġija li qed iħarsu lejn Malta għall-operat tagħhom. |
| Il-Ministru | Gatt spjega li riċentament esperjenzajna investiment barrani f’dan il-qasam, grazzi għall-kapaċitajiet tal-Maltin. Huwa irrefera għall-kumpanija stabbilita Malta li rebħet kuntratt sostanzjali ta’ madwar nofs miljun lira biex tagħmel software f’Malta għall-kumpanija Ingliza. Kumpanija oħra li hija bi sħab bejn investituri Maltin u barranin, li nvestiet żewġ miljun lira, li qed jiżviluppaw software ta’ satellite telephony, kif ukoll rilokazzjoni ta’ kumpanija b’interessi mill-Amerika u New Zealand, li fetħet riċentament f’Malta, li qed tagħmel xogħol ta’ valur miżjud fuq numru ta’ software platforms. |
| Li | wieħed irid iżomm f’moħħu hu li f’settur bħal dan, kompla Austin Gatt, hu li t-tkabbir ta’ l-investiment barrani jimxi id f’id mat-tkabbir ta’ l-investiment lokali. L-investiment Malti fit-teknoloġiji qed isir aktar kompetittiv għax għandna riżorsi umani mħarrġa tajjeb; għandna infrastruttura ‘future-proof’; sħubija ta’ l-aqwa partners internazzjonali; u t-teknoloġiji huma l-ogħla priorità għall-Gvern li għamilha l-missjoni tiegħu li jiffaċilita t-tkabbir ta’ din l-attività. |
| Austin | Gatt saħaq li s-sena 2006 se tkun sena importanti (u sena pożittiva) għall-investiment barrani fit-teknoloġiji f’Malta: mis-sena d-dieħla se nibdew tassew naħsdu dak li ilna niżirgħu. Dan se jrendi ruħu fi profitti akbar, u f’aktar impjiegi f’dan is-settur. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947