Left arrow Mur Lura

IL-PROĊEDURI KOLLHA KIENU OSSERVATI FIR-RIGWARD TAR-RAPPORTI LI SARU DWAR L-IMPJANT TAR-RIĊIKLAĠĠ TA’ SANT’ANTNIN

pr1347
Date Icon 22/09/2005
Il-proċedurikollha kienu osservati fir-rigward tar-rapporti li saru dwar l-impjant tar-riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin.  B’hekk ma teżisti ebda bażi li tiġġustifika sejħa għal inkjesta pubblika.
Ir-rapportdwar l-għażla tas-sit ta’ l-impjant ta’ Sant’Antnin li sar minn konsulenti indipendenti ma kkunsidrax biss id-daqs ta’ l-impjant imma ta wkoll kunsiderazzjoni importanti lil numru ta’ punti oħrajn bħalma huma fatturi ekoloġiċi, l-impatt fuq l-agrikoltura, l-impatt viżiv, l-aċċessibilità u jekk iż-żona proposta hijiex żviluppata.  F’dan il-kuntest irid jitfakkar li s-sit fejn qed ikun propost it-titjib huwa diġà użat bħala faċilità għat-trattament ta’ l-iskart u b’hekk diġà jeżisti impatt.
B’riferenzagħall-ittra tal-Front kontra l-impjant ta’ Sant’Antnin, il-Ministeru jtenni li l-proċess kollu bil-proposti għall-immodernizzar ta’ l-impjant ta’ Sant’Antnin kien wieħed miftuħ u saru diversi konsultazzjonijiet pubbliċi.
Il-Ministerujinnota b’dispjaċir li għad baqa’ individwi li għadhom jippersistu li jħallu l-partiġġjaniżmu politiku jagħmihom u dan huwa evidenti fl-oppożizzjoni li qed issir għall-impjant.  Dan il-partiġġjaniżmu qed iwassal biex jinħbew il-fatti dwar it-titjib propost għal Sant’Antnin, fosthom li l-impjant kif propost se jieħu biss terz ta’ l-iskart kollu ġġenerat f’Malta u li minn dan l-ammont, nofsu se jkun skart miġbur mill-bring-in sites li jħalli ferm inqas impatt.
Sfortunatamentgħad hawn min qed jippersisti fit-tattika li jtawwal dan il-proċess u dan minkejja li Malta qed tirriskja li titlef il-fondi allokati mill-Fondi Strutturali ta’ l-Unjoni Ewropea li jlaħħqu s-€17-il miljun jekk ix-xogħol ta’ titjib ma jitlestix fil-ħin.
L-oppożizzjonikontra l-proposti ta’ titjib ta’ l-impjant hija barra minn lokha meta wieħed jiftakar li l-istrateġija nazzjonali dwar l-iskart ta’ l-2001 maqbula mill-partijiet kollha kienet tindika li Sant’Antnin kellu jieħu l-iskart kollu ġġenerat f’pajjiżna.
Il-Gvern irid għal darb’oħra jtenni li fil-proposta għal titjib ittieħdet l-akbar kunsiderazzjoni biex dan l-impatt iħalli l-anqas impatt possibbli fuq ir-residenti ta’ l-inħawi.  Barra minn hekk, il-proposti taw każ tal-kummenti li saru u dawn kienu wkoll riflessi fit-tieni abbozz ta’ l-istudju dwar l-impatt ambjentali, l-EIA.  Ġaladarba l-proċess huwa wieħed li mexa skond il-liġijiet ta’ pajjiżna l-Gvern hu determinat li jara li dan il-proġett ikun implimentat skond kif tħabbar.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow