IT-TOROQ TAL-PROTOKOLL TALJAN TLESTEW QABEL IŻ-ŻMIEN
pr1341
21/09/2005
| Il-proġett | ta’ bini mill-ġdid ta’ toroq iffinanzjat mill-Protokoll Taljan mhux talli ma tlestiex tard iżda tlesta qabel iż-żmien li kien jindika t-terminu oriġinali tal-Protokoll Taljan. |
| Għall-kuntrarju | ta’ li qal il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar it-toroq il-Perit Charles Buhagiar fl-istqarrija tiegħu, dawn it-toroq inbnew skond il-programm li kien stabbilit meta beda x-xogħol fuq il-proġett f’Ġunju 2004 – jiġifieri li x-xogħol kellu jitlesta sa’ Settembru 2005 biex jaħbat mat-tmiem is-sena finanzjarja Taljana. |
| Statistika | miġbura mill-Uffiċċju Meterjoloġiku ta’ l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta tgħid li matul dawn ix-xogħlijiet kien hemm 97 ġurnata ta’ xita li matulhom ma setax isir xogħol fuq il-lant. It-tlestija ta’ dan il-proġett f’Settembru jfisser li l-kuntratturi ngaġġati fuqu fil-fatt irnexxielhom jirkupraw mat-tliet xhur u nofs li ntilfu minħabba ċirkostanzi li ma kellhomx kontroll fuqhom. |
| Tajjeb | jingħad ukoll li f’ dan il-proġett ma tnaqqset il-wisa’ ta’ ebda triq mis-16.5 kilometri ta’ toroq li nbnew mill-ġdid. Għall-kuntrarju huwa fatt magħruf li l-parti ta’ Triq l-Imdina (li qatt ma kienet wiesgħa 4 lanes) li ssemmiet fl-istqarrija ta’ Onor. Buhagiar kienet fil-fatt imwessa’ bil-bini ta’ service road li qed tipproteġi lir-residenti li hemm jgħixu matul din it-triq mit-traffiku li jkun għaddej mill-arterja prinċipali. Għall-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni, dan l-arranġament qed jagħmel it-triq aktar perikoluża milli kienet qabel. |
| Il-kritika | dwar il-wisa’ - hekk imsejħa ‘żejda’ - ta’ wħud mill-bankini ġodda li nbnew bħala parti minn dan il-proġett tikkonferma n-nuqqas ta’ viżjoni li għandha l-Oppożizzjoni dwar it-toroq. Minbarra li jaqdu l-funzjoni li joffru passaġġ adegwat u mingħajr periklu għal min ikun qed jimxi matul dawn it-toroq ġodda, dawn il-bankini qed jintużaw biex minn taħthom jgħaddu common service ducts li minn ġo fihom jgħaddu mat-28 kilometru ta’ cables ta’ servizzi varji. Taħt dawn il-bankini tqegħdu wkoll mal-25 kilometru ta’ mains ta’ l-ilma ġodda. Fil-fatt l-Onor. Buhagiar għandu raġun jgħid li dawn huma l-bankini li qamu l-aktar flus f’Malta – propju minħabba l-infrastruttura ta’ servizzi li hemm għaddejjin minn taħthom. |
| F’eżempju | ċar ta’ opportuniżmu politiku, l-Onor. Buhagiar fl-istqarrija tiegħu uża xi inċidenti li kien hemm fir-roundabout ta’ ħdejn iċ-Ċimiterju Militari tal-Imtarfa bħala prova li din ir-roundabout saret perikoluża. Li għażel li ma jsemmix il-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni kien li dawn l-inċidenti seħħew meta kien għadu għaddej ix-xogħol fuq din ir-roundabout u ma kienux tlestew id-dwal, is-sinjali u anqas tqegħdet il-ħamrija fuqha. |
| Id-9 | roundabout junctions li kien hemm f’dan il-proġett kollha ġew ridiżinjati biex żdiedet is-sigurtà tagħhom. Dan ifisser li twessgħu u ttejjeb l-aċċess għalihom biex ikunu jifilħu aktar traffiku. Fil-każ tar-roundabout ħdejn iċ-Ċimiterju Militari ta’ l-Imtarfa din anke tbaxxiet biex ittejjeb il-profil tagħha mit-triq. |
| M’hemmx | dubju li l-eżekuzzjoni ta’ dawn ix-xogħlijiet ikkawżat inkonvenjent lill-pubbliku, minħabba l-għeluq ta’ ċertu toroq. Ta’ min isemmi, iżda li l-Gvern investa mal-Lm120,000 f’titjib tat-toroq alternattivi fin-naħa tal-Mosta u s-Siġġiewi li bdew jintużaw waqt ix-xogħol. Intant, il-Gvern diġà offra għajnuna finanzjarja lill-Kunsill Lokali ta’ Ħaż-Żebbuġ għall-valur ta’ Lm30,000 biex isiru it-tiswijiet li hemm bżonn fit-toroq residenzjali li ntużaw bħala toroq alternattivi waqt li kien għaddej ix-xogħol fuq Triq l-Imdina. Ma tridx tkun espert fit-toroq biex tinduna li l-figura ta’ ‘madwar miljun Lira’ li semma l-Onor. Buhagiar bħala stima tal-ħsarat fit-toroq ta’ dan il-lokal hija bil-wisq eżaġerata. |
| Huwa | ovvju li l-Oppożizzjoni għandha tkun inkwetata bit-tlestija ta’ proġett ta’ dan id-daqs u d-dinamiżmu li qed juri l-Gvern fil-qasam tat-toroq. It-toroq imiss magħhom kulħadd u l-Gvern jagħżel li jħalli lill-pubbliku jiġġudika dwar il-valur tal-flus li ntefqu f’dan il-proġett u dwar min għandu viżjoni serja għat-toroq ta’ pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947