Imħabbra miżuri ta’ għajnuna finanzjarja għas-settur agrikolu taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali
pr1338
20/09/2005
| Il-miżuri | ta’ għajnuna li qed jitħabbru jkomplu jikkumplimentaw l-għajnuna u s-sussidji li qed jirċievi s-settur agrikolu Malti biex jgħinu fir-ristrutturar. Dawn l-għajnuniet qed jikkumplimentaw ukoll id-dħul tal-bidwi u r-raħħal Malti u dan kien konfermat mill-istatistika maħruġa mill-Uffiċċju Nazzjonali ta’ l-Istatistika. |
| Dan | jikkonferma kemm din l-għajnuna u s-sussidji qed jilħqu l-għan li ddaħħlu għalih, dak li jservu bħala l-ewwel ħajt ta’ kenn hekk kif is-suq Malti jkompli jaddatta ruħu għar-realtà tas-sħubija fl-Unjoni Ewropea. |
| Dan | qalu l-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li matulha tħabbru dettalji dwar skemi ta’ għajnuna finanzjarja għas-settur agrikolu taħt il-Pjan għall-Iżvilupp Rurali, liema għajnuniet huma ffinanzjati minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti. Din l-għajnuna qed tingħata taħt żewġ miżuri speċifiċi li jkopru l-Investiment fi Strutturi Agrikoli, u t-Titjib fl-Ipproċessar u fil-Promozzjoni ta’ Prodotti Agrikoli. |
| Għal | dawn l-iskemi hemm allokata s-somma ta’ ftit anqas minn Lm2.6 miljuni għall-perjodu ta’ tlett snin bejn l-2004 u l-2006. Wara dan il-perjodu jidħol fis-seħħ il-pakkett ta’ għajnuna għas-snin 2007 sal-2013 u huwa maħsub li dan il-pjan jagħti opportunitajiet akbar lill-bdiewa biex jibbenefikaw minn dawn l-għajnuniet. |
| Dawn | l-iskemi huma maħsuba biex jgħinu fit-tisħiħ, fl-effiċjenza u fil-kwalità tal-produzzjoni, titjib fil-manteniment u l-indafa ta’ l-annimali, użu ta’ teknoloġija ġdida u innovattiva, bini ġdid jew irranġar ta’ bini eżistenti, l-iżvilupp ta’ swieq ġodda, titjib fil-preżentazzjoni u l-preparazzjoni tal-prodotti, titjib fl-istandards tal-prodotti sabiex jiġu konformi mar-rekwiżiti ta’ l-Unjoni Ewropea, il-konservazzjoni u r-riċiklar tal-materjal użat u tinkoraġġixxi l-integrar ta’ standards ambjentali kif ukoll strateġiji li jnaqqsu l-iskart. |
| Is-Segretarju | Parlamentari responsabbli mill-Agrikoltura u Sajd Frans Agius qal li sa’ issa kien hemm 80 persuna li bbenefikaw minn dawn l-iskemi matul is-sena l-oħra li bejntiehom ħadu s-somma ta’ Lm1.4 miljuni. Hu qal li r-rispons għal dawn il-miżuri fl-ewwel jiem kien wieħed inkoraġġanti ħafna. |
| Bħalma | ġara fis-snin li għaddew, il-bdiewa qed jirċievu fuljett ta’ informazzjoni biex ikunu jistgħu jibbenefikaw minn dawn l-iskemi. Barra minn hekk, huma jistgħu ukoll jikkuntattjaw lid-Dipartiment għall-Iżvilupp Rurali, l-Għammieri biex jingħataw l-assistenza u l-għajnuna meħtieġa. |
| L-applikazzjonijiet | għal għajnuna taħt dawn il-miżuri se jibqgħu miftuħin sa’ l-aħħar t’Ottubru ta’ l-2005. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947