Laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Agrikoltura u s-Sajd
pr1336
19/09/2005
| Il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino se jieħu | sehem fil-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri ta’ l-Unjoni Ewropea għall-Agrikoltura u s-Sajd li se ssir bejn illum u għada, t-Tlieta 20 ta’ Settembru fi Brussels. |
| Il-laqgħa se tiddiskuti temi ta’ importanza partikolari għal Malta bħalma | hija l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea dwar miżuri tekniċi għas-sajd fil-Mediterran kif ukoll miżuri li jiżguraw il-ħarsien ta’ l-istock ta’ ħut. Il-laqgħa tal-Kunsill se tiddiskuti wkoll id-diffikultajiet ekonomiċi fis-settur tas-sajd. |
| Ta’ min jgħid li fir-rigward tal-proposta dwar miżuri tekniċi għas-sajd | fil-Mediterran, il-Gvern innegozja kundizzjonijiet favorevoli li jagħtu każ tar-realta’ Maltija. Il-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri mistennija tevalwa r-riżultat tan-negozjati li saru ma’ l-Istati Membri individwali bl-iskop li jintlaħaq qbil finali. |
| Fir-rigward tad-diskussjonijiet dwar il-ħarsien ta’ l-istock ta’ ħut, irid jingħad li l-Kummissjoni Ewropea qed tieħu | azzjoni biex tassigura l-konservazzjoni ta’ speċi ta’ ħut li huma mhedda. |
| Malta, bħall-bqija tal-pajjiżi l-oħrajn, mistennija tressaq ukoll il-każ | tagħha dwar id-diffikultajiet li qed iħabbat wiċċu miegħu s-settur tas-sajd. |
| Temi oħra fuq l-aġenda tal-laqgħa tal-Kunsill tal-Ministri jinkludu aġġornament | mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-issue ta’ l-avian influenza kif ukoll temi oħra mressqa minn pajjiżi individwali. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947