It-22 ta’ Settembru: JUM BLA KAROZZI – m’hu se tingħalaq l-ebda triq
pr1335
19/09/2005
Għall-kuntrarju tas-snin li għaddew, din is-sena m’hi se tingħalaq l-ebda triq nhar il-Ħamis, 22 ta’ Settembru meta Malta flimkien mal-kumplament ta’ l-Ewropa tiċċelebra b’mod simboliku l-Jum bla karozzi (Car Free Day).
| It-tema | magħżula mill-Kummissjoni Ewropea għal din is-sena hija Clever Commuting – kif wieħed imur minn post għal ieħor bil-ħsieb. Għaldaqstant, qiegħed jiġi mħeġġeġ il-car pooling - fejn nies jiftehmu li jużaw karozza waħda minflok li kulħadd juża l-karozza tiegħu bħala mezz kif jitnaqqas l-għadd ta’ karozzi privati mit-toroq. |
| “Il-messaġġ | li nixtiequ nwasslu din is-sena huwa li hemm diversi modi kif wieħed inaqqas it-traffiku mit-toroq u l-inkonvenjenza u d-dannu għas-saħħa tal-bniedem, li dan iġib miegħu,” qal il-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, George Pullicino. |
| “Biżżejjed | naħsbu fl-emissjonijiet tal-gassijiet mill-karozzi fl-arja, l-inċidenti u l-fatalitajiet fit-toroq, il-problema biex issib fejn tipparkja u l-istress. Għaldaqstant nappella biex persuni li jkunu sejrin fl-istess destinazzjoni jieħdu l-inizjattiva tal-car pooling, mhux biss b’mod simboliku nhar il-Ħamis, meta tiġi ċċelebrata Car Free Day imma b’mod regolari. Dan huwa mod prattiku, u sostenibbli, ta’ kif wieħed jista’ jgħin biex titjieb il-kwalità ta’ l-arja, jitnaqqas l-istorbju u jitnaqqsu l-problemi relatati mat-traffiku. Din it-tip ta’ bidla fl-imgieba tagħna u l-mod kif nużaw il-karozzi privati hija mehtieġa,” temm jgħid il-Ministru Pullicino. |
| Illum | Malta għandha wieħed mill-ogħla numru ta’ karozzi fit-toroq, b’680 vettura rreġistrata għal kull 1,000 abitant. Ir-rata tal-fatalitajiet għal kull kilometru fit-toroq Maltin hija minn darbtejn għal tliet darbiet aktar mill-medja Ewropea. |
| L-attività | tal-car pooling qed tiġi organizzata mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, bil-parteċipazzjoni tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u l-Kura fil-Komunità, l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar, u l-Awtorità tat-Trasport Pubbliku. |
| Biex | titħeġġeġ din l-inizjattiva tal-car pooling, kumpaniji qegħdin joffru għadd ta’ rigali għal min jieħu sehem. Wardens se jkunu f’postijiet strateġiċi biex jieħdu n-numru ta’ karozzi li jintlemħu jġorru mill-inqas tliet passiġġieri jew aktar, imma mhux iktar min-numru massimu li tista’ ġġorr karozza. Dawn il-karozzi jipparteċipaw f’lotterija. |
| Se | jkun hemm 10 karozzi rebbieħa u għal kull karozza jintrebħu ħames premjijiet li jinkludu btajjal f‘EuroDisney mogħtija minn KD Travel, biljetti ta’ l-ajru mill-Air Malta, biljetti għal Sqallija bil-Virtu Ferries, weekend breaks fl-Imġarr Hotel Għawdex, vouchers ta’ Lm50 ’l wieħed mill-Body Shop, memberships għal tliet xhur fis-Cynergi gym, għadd ta’ memberships għal ġurnata fi Spa Sante tal-Fortina Hotel, ikliet fil-Qui-si-Sana Restaurant tal-Fortina Hotel, vouchers ta’ Lm25 l-wieħed mill-Exotique, vouchers ta’ Lm25 l-wieħed mill-Eurosport u vouchers ta’ Lm10 li jissarfu f’biodiesel mill-EORC Ltd. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947