Il- ‘European Tourism Forum’ jiltaqa’ f’Malta f’Ottubru
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li fl-2004, it-turiżmu internazzjonali laħaq rekord ta’ 763 miljun turist. Erbgħa u ħamsin punt erbgħa (54.4) fil-mija minn dawn it-turisti, jew 415-il miljun, żaru l-Ewropa. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech li kien qed jitkellem dwar il-European Tourism Forum li ser isir f’Malta bejn id-19 u l-21 ta’ Novembru, qal li minn stħarriġ ekonomiku dwar it-turiżmu u l-ivvjaġġar li sar mill-World Travel & Tourism Council, bit-tema “Sowing the Seeds of Growth”, jirriżulta li din is-sena l-Unjoni Ewropea mistennija li tiġġenera mit-turiżmu u l-ivvjaġġar 1,705.4 biljun Euro ta’ attività ekonomika, li titla’ għal 3,066 biljun Euro sal-2015. |
| Id-domanda | hi mistennija tikber b’4.1 fil-mija fl-2005 u b’4.1 fil-mija f’termini reali bejn l-2006 u l-2015. Id-domanda totali minn dan is-settur tirrapreżenta 36.6 fil-mija tas-sehem dinji. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li s-settur tat-turiżmu u l-ivjaġġar fl-Unjoni Ewropea jagħti mpjieg lil aktar minn 24 miljun persuna, jew wieħed minn kull 8.2 impjiegi fl-Unjoni Ewropea, jikkontribwixxi għal 4 fil-mija tal-Prodott Gross Domestiku, jiġġenera 13 fil-mija ta’ l-esportazzjoni u 8.8 fil-mija ta’ l-investiment kapitali. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li konfrontat min dawn iċ-ċifri wieħed malajr jifhem l-importanza li għandu dan is-settur għall-Unjoni Ewropea u għaliex l-Ewropa minħabba l-kompetizzjoni qalila minn destinazzjonijiet turistiċi oħrajn – l-aktar dawk ta’ l-Asja – illum qed tiffoka fuq il-kwalità, is-sostennibiltà u l-modernizzazzjoni. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li konxja mill-importanza tas-settur turistiku, l-Unjoni Ewropea kull sena qed torganizza l-European Tourism |
| Forum | bl-ewwel wieħed jinżamm fi Brussels fl-2002, it-tieni f’Venezja fl-Italja fl-2003 u l-aħħar wieħed f’Budapest, l-Ungerija fl-2004. Issa l-Forum ta’ din is-sena se jsir f’Malta. |
| Francis | Zammit Dimech qal li l-importanza li l-Unjoni Ewropea tagħti lil dan il-forum toħroġ mill-fatt li l-forum ta’ Malta se jkun indirizzat mill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea u Kummissarju responsabbli mill-Impriżi u l-Industrja Gunther Verheugen. |
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li l-forum ta’ Malta se jikkonċentra l-aktar fuq il-kompetittività – kif nistgħu nkunu mħarrġa aħjar, l-użu tat-teknoloġija ta’ l-informatika u komunikazzjoni (ICT), regoli aħjar b’enfasi fuq il-proposta dwar id-Direttiva dwar is-Servizzi, u l-iżvilupp sostenibbli fil-qasam tat-turiżmu. Hu qal li dawn it-temi se jiġu diskussi fi tliet workshops. |
| Il-Ministru | Francis Zammit Dimech qal li fil-forum Ewropew se jieħdu sehem rappreżentanti mill-industrja tat-turiżmu, is-soċjetà ċivili u awtoritajiet lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropej. Hu qal li fost il-parteċipanti u kelliema se jkun hemm: |
· il-Prim Ministru Malti, Dr. Lawrence Gonzi,
· il-Ministru tat-Turiżmu tal-Gvern Ingliż, James Purnell,
· Günther Verheugen - Kummissarju responsabbli mill-Impriżi u Industrja;
· Francesco Frangialli - Segretarju Ġenerali ta’ l-Organizazzjoni Dinjija tat-Turiżmu;
· Bernardo Hernandez Bataller, President tas-Suq Wieħed, Produzzjoni u Konsum
fil-Parlament Ewropew;
· Dr. István Kolber, Ministru ta’ l-Iżvilupp Reġjonali u Konverġenza ta’ l-Ungerija, li
ospitat l-aħħar forum dwar it-Turiżmu Ewropew;
· Harald Wiendenhofer, Segretarju Ġenerali tal-EFFAT;
· Bernd Geyer, President tal-HOTREC;
· Angel Rodriguez Castedo, Direttur Ġenerali ta’ IMERSO;
· Renato Soru, President tar-Reġjun ta’ Sardenja fl-Italja;
· Renzo Iorio, Viċi President tal-Federturismo-Confindustria u rappreżentant ta’
l-UNICE;
· Martin Couchman, Deputy Chief Executive tal-British Hospitality Association,
Membru tal-HOTREC;
· Henry Sieb, Bundesfachgruppenleiter Touristik, Vereinte
Dienstleistungsgewerkschaft verdi, tal-Germanja u membru tas-Supervisory Board
TUI AG;
· Roland Garber, DeputyChief Executive Officer Tourism Leisure Industries Division,
tal-Kamra Federali Awstrjaka ta’ l-Ekonomija;
· Giuseppe Boscoscuro, President tal-ASTOI u Viċi-President
tal-Federturismo-Confindustria;
· Ros Pritchard, Segretarju Ġenerali ta’ EFCO;
· François Soulage, President tal-UNAT u Koordinatur tal-BITS;
· Akos Niklai, President ta’ l-Assoċjazzjoni tal-Lukandi Ungeriżi;
· Lutz Ribbe, tal-Euronatur tal-Ġermanja;
· François Ballestero, Segretarju għall-Avjazzjoni Ċivili tal-ETF;
· Claudio Albonetti, President ta’ Assoturismo-Confesercenti;
· Ms Romana Engeman, Direttur tal-ANVR u Viċi President tal-ECTAA;
· László Meszter, General Manager ta’ l-Inn-Side Hotels Ltd ta’ l-Ungerija;
· Rzysztof Kamieniecki, mill-Istitut Pollakk ta’ l-Iżvilupp Sostenibbli;
· Kalervo Haverinen, Kap tal-Komunikazzjoni, Service Union United ry tal-Finlandja.
| Il-Ministru | Zammit Dimech qal li Malta se tkun rappreżentata minn Romwald Lungaro-Mifsud, Executive Chairman ta’ l-Awtorità tat-Turiżmu ta’ Malta; Justin Zammit Tabona, President tal-MHRA u Winston J. Zahra Director of Operations, Sales and Marketing ta’ l-Island Hotels Group Ltd. f’Malta. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li waqt li jkun għaddej dan il-forum, fl-20 ta’ Ottubru ser jiltaqgħu l-Ministri tat-Turiżmu ta’ l-Unjoni Ewropea. F’din il-laqgħa kif ukoll fil-forum il-Presidenza Ingliża ta’ l-Unjoni Ewropea, il-Ministeru għat-Turiżmu ta’ Malta kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea se jisħqu li jiġi assigurat li l-industrja tat-turiżmu tkun b’saħħitha u kompettitivà u li għal dan l-iskop għandhom jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa. |
| Il-Ministru | għat-Turiżmu u Kultura qal li l-għażla ta’ Malta biex tospita dan il-forum ma saritx b’kumbinazzjoni iżda kienet ir-rikonoxximent ta’ l-Unjoni Ewropea ta’ l-importanza tas-settur turistiku għal pajjiżna. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947