Left arrow Mur Lura

Għodda biex insaħħu l-kultura f’pajjiżna

pr1332
Date Icon 19/09/2005
Il-Kavallier ta’ San Ġakbu,Ċentru għall-Kreattivita’ qed iniedi programm vast ta’ attivitajiet kulturali għax-xhur ta’ bejn Settembru u Diċembru.
Dawnl-attivitajiet jinkludu wirjiet ta’ pittura, fotografija, prints, digitilised film footage, cameras fotografiċi vintage, għodda ta’ l-istampar, wirjiet interattivi; kunċerti mużikali, chamber music, recitals; teatru b’wirjiet minn “Something Wicked Group”, Nova Productions, Curtain Raiser, Unifaun, Reg Cribb; artisti lokali u barranin tal-video.
Il-programmjinkludi wkoll tmien kunċerti ta’ matul il-jum fil-Knisja ta’ Santa Caterina d’Italia li qed ikunu organizzati b’kollaborazzjoni mal-Valletta Rehabilitation Project biex jinġabru fondi għar-restawr minn ġewwa ta’ din il-knisja.
Bejnil-14 u d-19 ta’ Diċembru jitella’ Sleigh-bells in the City – The family Christmas Show, produzzjoni ta’ Spiteri Lucas Entertainment bid-direttur mużikali Mark Spiteri Lucas u b’Leontine bħala d-direttur artistiku.
Il-Ministru għat-Turiżmu uKultura Francis Zammit Dimech, li nieda dan il-programm, qal li l-bidla tal-Kavallier ta’ San Ġakbu minn makna tal-gwerra li nbniet mill-Kavallieri ta’ San Ġwann biex tħares id-daħla tal-belt Valletta għal Ċentru għall-Kreattivita’ kienet waħda għaqlija u qed tagħti r-riżultati mixtieqa kif rifless minn numru kbir ta’ attivitajiet kulturali li qed jiġu organizzati f’dan il-post u mill-attendenza għal dawn l-attivitajiet.
“Lill-artistiMaltin tajnihom ċentru fejn jistgħu jiżviluppaw it-talenti artistiċi tagħhom. Lill-kapitali ta’ pajjiżna tajniha bini ieħor storiku restawrat u riabilitat f’Ċentru għall-Kreattivita’ li jiġbed lejn il-belt Valletta mijiet ta’ Maltin u barranin f’kull ħin tal-ġurnata,” qal il-Ministru Francis Zammit Dimech.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-ħidma kontinwa li qed titwettaq mill-Ministeru tiegħu biex bini storiku bħall-Kavallier ta’ San Ġakbu, it-Teatru Manoel u ċ-Ċentru tal-Mediterran għall-Konferenzi jiġu żviluppati b’risq il-kultura ta’ pajjiżna, turi l-impenn tal-Gvern li jagħti lill-artisti Maltin l-għodda meħtieġa biex ikomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom u biex il-poplu Malti japprezza dejjem aktar il-kultura.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow