IL-PRIM MINISTRU JIEĦU SEHEM F’ROUND TABLE FIL-MARĠINI TAL-LAQGHA GĦOLJA TAL-ĠNUS MAGĦQUDA FI NEW YORK
pr1329
16/09/2005
| Il-Prim | Ministru Lawrence Gonzi il-bieraħ ħa sehem f’Round Table fil-marġini tal-laqgha għolja tal-Gnus Magħquda li qed issir fi New York matul din il-gimgħa. Din il-laqgħa, li giet ippresjeduta mill-President tal-Polonja, Aleksander Kwasniewski, kellha fost il-parteċipanti il-Presidenti Hosni Mubarak ta’ l-Eġittu, Jorge Sampaio tal-Portugall u Tarja Halonen tal-Finlandja, kif ukoll il-Prim Ministri Silvio Berlusconi tal-Italja, Kostas Karamanlis tal-Grecja u Anders Fogh Rasmussen tad-Danimarka. |
| Il-laqgħa | għolja tal-Gnus Magħquda inkludiet erba’ Round Tables li fihom ħadu sehem il-kapijiet tal-Gvernijiet. Dawn il-laqgħat taw opportunita’ lill-mexxejja li jiddiskutu t-temi ta’ din il-laqgħa f’ambjent aktar konkret, minħabba illi kien ġie deċiż minn qabel illi n-numru ta’ parteċipanti f’kull sessjoni għandu jkun ta’ madwar ħamsin. B’hekk, il-mexxejja setgħu jiddiskutu firxa ta’ temi li nkludew ir-riforma tal-Ġnus Magħquda u l-Millennium Development Goals kemm fid-dibattitu li żvolga f’kuntest plenarju, kif ukoll fi gruppi iżgħar. |
| Il-Prim | Ministru l-bieraħ ffirma wkoll il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Suppressjoni ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari (International Convention for the Suppression of Acts of Nuclear Terrorism). Iċ-ċerimonja ta’ l-iffirmar saret fil-Kwartieri Ġeneral tal-Ġnus Magħquda f’New York . |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947