Left arrow Go Back

IL-PRIM MINISTRU JIEĦU SEHEM F’ROUND TABLE FIL-MARĠINI TAL-LAQGHA GĦOLJA TAL-ĠNUS MAGĦQUDA FI NEW YORK

pr1329
Date Icon 16/09/2005
Il-PrimMinistru Lawrence Gonzi il-bieraħ ħa sehem f’Round Table fil-marġini tal-laqgha għolja tal-Gnus Magħquda li qed issir fi New York matul din il-gimgħa. Din il-laqgħa, li giet ippresjeduta mill-President tal-Polonja, Aleksander Kwasniewski, kellha fost il-parteċipanti il-Presidenti Hosni Mubarak ta’ l-Eġittu, Jorge Sampaio tal-Portugall u Tarja Halonen tal-Finlandja, kif ukoll il-Prim Ministri Silvio Berlusconi tal-Italja, Kostas Karamanlis tal-Grecja u Anders Fogh Rasmussen tad-Danimarka.
Il-laqgħagħolja tal-Gnus Magħquda inkludiet erba’ Round Tables li fihom ħadu sehem il-kapijiet tal-Gvernijiet. Dawn il-laqgħat taw opportunita’ lill-mexxejja li jiddiskutu t-temi ta’ din il-laqgħa f’ambjent aktar konkret, minħabba illi kien ġie deċiż minn qabel illi n-numru ta’ parteċipanti f’kull sessjoni għandu jkun ta’ madwar ħamsin. B’hekk, il-mexxejja setgħu jiddiskutu firxa ta’ temi li nkludew ir-riforma tal-Ġnus Magħquda u l-Millennium Development Goals kemm fid-dibattitu li żvolga f’kuntest plenarju, kif ukoll fi gruppi iżgħar.
Il-PrimMinistru l-bieraħ ffirma wkoll il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar is-Suppressjoni ta’ Atti ta’ Terroriżmu Nukleari (International Convention for the Suppression of Acts of Nuclear Terrorism). Iċ-ċerimonja ta’ l-iffirmar saret fil-Kwartieri Ġeneral tal-Ġnus Magħquda f’New York .
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow