Left arrow Mur Lura

AVVIŻ MILL-MINISTERU GĦALL-KOMPETITTIVITA` U KOMMUNIKAZZJONI DWAR IS-SEJĦA GĦAL ESPRESSJONI TA’ INTERESS FIR-RIGWARD TA’ L-IMMANIĠĠJAR TAL-MERKANZIJA FIL-PORT TAL-BELT VALLETTA

pr1328
Date Icon 16/09/2005
B’referenza għall-Istqarrija Nru. 1327 fir-rigward tas-sejħa għal Espressjoni ta' Interess (Expression of Interest) għall-Immaniġġjar tal-Merkanzija fil-Port tal-Belt Valletta , liema sejħa għalqet illum 16 ta' Settembru f'nofs in-nhar, il-Ministeru għall-Kompetittivita` u l-Kommunikazzjoni jixtieq javża li, minbarra l-ħames offerti diġa' msemmija fl-ewwel stqarrija, l-Awtorita' Marittima Maltija (MMA) irċeviet offerta oħra mingħand il-kumpanija PD Port Services tar-Renju Unit.
Minkejjali din l-offerta kienet indirizzata tajjeb, skond l-avviż għat-tfigħ ta' l-offerti, l-offerta twasslet mis-servizz tal-'courier' fil-Merchant Shipping Directorate fix-Xatt ta' Laskri fil-Belt Valletta l-bieraħ il-15 ta' Settembru 2005 fil-2.56p.m.  Dan il-pakkett, li tpoġġa ġo baskett tal-'courier', ma kellu ebda indikazzjoni fuq barra li kien Espressjoni ta' Interess, għalkemm l-'envelope' ta' ġewwa kien immarkat 'Expression of Interest Cargo Handling Terminal Management Concession: Port of Valletta '.  Dan il-pakkett twassal fil-Ports Directorate tal-MMA mal-posta interna normali fil-2.40p.m. tal-llum 16 ta' Settembru 2005.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow