SEJĦA GĦAL ESPRESSJONI TA’ INTERESS FIR-RIGWARD TA’ L-IMMANIĠĠJAR TAL-MERKANZIJA FIL-PORT TAL-BELT VALLETTA
pr1327
16/09/2005
| Il-Ministeru | għall-Kompetittivita’ u Kommunikazzjoni jirreferi għas-sejħa għal Espressjoni ta’ Interess (Expression of Interest) fir-rigward ta’ l-immaniġġjar tal-merkanzija fil-Port tal-Belt Valletta , liema sejħa għalqet illum , 16 ta’ Settembru f’nofs in-nhar. Il-Ministeru jixtieq javża li ma l-egħluq tal-ħin għat-tfigħ ta’ l-Espressjoni ta’ Interess, kien hemm ħames sottomissjonijiet kif muri hawn taħt f’ordni alfabetika: |
| Carmelo | Caruana Company Limited |
| Farrugia, | Gatt & Falzon |
| Kuwait | & Gulf Link Transport Company |
| Malta | Port Terminals Limited |
| TF | Shipping Agencies |
| F’dan | l-istadju, mhix magħrufa l-kompożizzjoni tal-kumpaniji u/jew konsorzja li tefgħu l-offerta. Fil-ġranet li ġejjin, ser jibda l-proċess ta’ kompilazzjoni ta’ informazzjoni minn dawn is-sottomissjonijiet. Wara dan il-proċess, għandu mbagħad jibda l-proċess ta’ aġġudikazzjoni sabiex jintagħżlu dawk il-konsorzja u/jew kumpanniji li magħhom għandhom isiru diskussjonijiet u negozjati, bil-għan li jiġi magħżul l-operatur għall-immaniġġjar tal-merkanżija fil-Port il-Kbir. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947