Aktar konsultazzjoni biex is-settur kummerċjali jkun jista' jaħdem dejjem aħjar
pr1322
15/09/2005
| Wara | li fix-xhur li għaddew, is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ippubblika l-Pjan ta’ Ħidma għas-sena Ġunju 2005 – Ġunju 2006, is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo organizza laqgħa ta’ informazzjoni li għaliha ġew mistiedna dawk l-entitajiet u d-dipartimenti kollha li ser ikunu qegħdin jaħdmu biex jimplimentaw l-objettivi ta’ dan il-Pjan ta’ Ħidma. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm rappreżentanti min-numru ta’ dipartimenti, fosthom mid-Diviżjoni tal-Kummerċ, mid-Diviżjoni għall-Konsumatur u Kompetizzjoni, mid-Dipartiment tal-VAT, mill-ETC, mill-Malta Standards Authority, mill-MEPA u mid-Dipartiment tas-Saħħa Pubblika, fost oħrajn. |
| Waqt | il-laqgħa ġie diskuss mhux biss il-Pjan ta’ Ħidma u kif ser jiġu implimentati l-objettivi, iżda wkoll suġġetti li jaffettwaw il-ħidma tad-Dipartimenti. Fost il-kummenti li twasslu lis-Segretarju Parlamentari Vassallo kien hemm il-fatt li hemm bżonn ta’ ħidma aktar ikkordinata bejn id-Dipartimenti biex b’hekk ma jkunx hemm duplikazzjoni ta’ xogħol, u biex dipartimenti u entitajiet jkunu jistgħu jagħtu l-għajnuna meħtieġa lil xulxin biex b’hekk ikunu jistgħu jaħdmu aħjar. |
| Is-Segretarjat | għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed ilu jippublika Pjan ta’ Ħidma kull sena ghal dawn l-aħħar ħames snin. Il-Pjan ta’ Ħidma għandu bħala l-qafas tiegħu ċ-Ċarter Ewropew għan-Negozji Żgħar, u bl-implimentazzjoni tal-Pjan ta’ Ħidma qiegħed jiġi mplimentat ukoll dan iċ-Ċarter. |
| Ir-rappreżentanti | ta’ l-entitajiet u dipartimenti preżenti wrew ix-xewqa tagħhom li jaħdmu flimkien b’aktar sinerġija. Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo esprima s-sodifazzjon tiegħu għal din il-laqgħa. Huwa qal li “permezz ta’ din il-laqgħa u oħrajn bħalha, aħna qed nosservaw mhux biss l-implimentazzjoni ta’ l-objettivi tal-Pjan ta’ Ħidma li nippubblikaw kull sena, iżda wkoll il-ħidma tal-Gvern. Jiena nieħu pjaċir li f’dawn il-laqgħat ikunu jistgħu jiltaqgħu nies minn Dipartimenti differenti, li waqt ix-xogħol ta’ kuljum ma jiltaqgħux flimkien. Waqt laqgħat bħal din issir forma ta’ “brain-storming” li twassal biex Dipartimenti differenti jaħdmu flimkien.” |
| Kumment | ieħor li ħareġ waqt il-laqgħa kien li qabel ma toħroġ kull policy jew direttiva jrid ikun hemm konsultazzjoni ma’ dawk li ser jintlaqtu minnha. L-Onor. Vassallo qal li “b’dan il-mod, inkunu qegħdin innaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt negattiv fuq dawk kollha li jintlaqtu minn deċiżjonijiet li jittieħdu jew liġijiet li jinħarġu, u jkun hemm ukoll aktar komunikazzjoni bejn is-setturi involuti.” |
| Is-Segretarju Parlamentari Edwin Vassallo temm billi | qal li “l-objettivi tal-Pjan ta’ Ħidma huma mmirati biex jgħinu lin-Negozji Żgħar u lis-Self Employed biex ikunu jistgħu jaħdmu aħjar, biex b’hekk inkomplu niżviluppaw l-imprenditorija f’pajjiżna biex inkunu nistgħu insostnu n-negozju u noħolqu impjiegi ġodda.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947