Left arrow Go Back

IL-MINISTRU TAS-SAĦĦA JIPPARTEĊIPA FIL-55 SESSJONI TAL-KUMITAT REĠJONALI TA’ L-GĦAQDA DINJIJA TAS-SAĦĦA  FIR-RUMANIJA

pr1321
Date Icon 15/09/2005
Il-Ministrutas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Dr Louis Deguara, għadu kif reġa’ lura Malta minn Bucharest, fir-Rumanija fejn kien qed jattendi għall-55 Sessjoni tal-Kumitat Reġjonali ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Fiprogramm ta’ erbat ijiem il-Kumitat Reġjonali ddiskuta diversi suġġetti li jittrattaw il-politika dwar is-saħħa għas-snin li ġejjin.  Ġew diskussi ukoll suġġetti speċifiċi bħal problemi tax-xorb, inċidenti, tilqim kif ukoll strateġija għas-saħħa tat-tfal u adoloxxenti. Ma setax jonqos li jiġu diskussi ukoll l-aħħar żviluppi dwar l-influwenza pandemika fejn ġie stabbilit li Malta qegħda ssegwi r-rakkomandazzjonijiet mogħtija mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa.
Waqtiż-żjara f’Bucharest, il-Ministru Deguara kellu laqgħa mad-Direttur Reġjonali ta’ l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa fejn ġie ffirmat ftehim ta’ koperazzjoni bejn il-Ministeru tas-Saħħa Malti u l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa għas-snin 2006 – 2007.  Il-ftehim jinvolvi għoti f'għajnuna teknika għall-valur ta’ US$ 50,000 mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa biex ikompli x-xogħol fuq l-iżvilupp ta’ strateġija għas-saħħa u l-ambjent, tiġi żviluppata politika nazzjonali ġdida dwar il-mediċini u tissaħħah il-ħidma biex tiġi żviluppata sistema ta’ quality assurance  fil-qasam tas-Saħħa.
Jakkumpanjawil-Ministru kien hemm l-assistent personali tiegħu u d-Direttur Ġenerali tas-Saħħa.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow