Left arrow Go Back

DISKORS MILL-ONOR. TONIO FENECH, SEGRETARJU PARLAMENTARI FIL-MINISTERU TAL-FINANZI, WAQT PREŻENTAZZJONI TA’ ŻEWĠ KOTBA FFINANZJATI MIN-NATIONAL LOTTERIES GOOD CAUSES FUND – FLORIANA – 14.09.2005

pr1320
Date Icon 15/09/2005

Onor. Agent Prim Ministru, rispettabbli Sindki, sinjuri distinti  

Nixtieqnibda l-intervent qasir tiegħi billi nirringrazzjakom tal-preżenza tagħkom u nilqagħkom għal din il-preżentazzjoni ta’ żewġ kotba: ‘Malta before History’ u ‘ Malta Phoenician, Punic, and Roman’, li gew iffinanzjati min-Fond tal-Lotteriji magħruf bhala l-Good Causes Fund. Dan il-Fond, amministrat skond l-Att dwar il-Lotteriji u Logħob Ieħor, u għandu l-iskop ewlieni li jgħin lil dawk il-persuni, għaqdiet jew assoċjazzjonijiet li huma mwaqqfa għal skopijiet reliġjużi, soċjali, kulturali, sportivi, edukattivi, u filantropiċi.
Danil-fond huwa magħmul minn premjijiet tal-lottu u logħob ieħor li ma jinġabrux, kif ukoll minn persentaġġ li jingħata mill-qliegħ ta’ dan l-istess logħob. Għal dan il-għan twaqqaf ukoll Kumitat sabiex janalizza t-talbiet li jsiru minn dawn l-assoċjazzjonijiet jew għaqdiet, u sabiex jamministra dan il-fond.
Dawniż-żewġ kotba ntagħzlu minħabba l-kontribut li huma qed jagħtu lejn il-kultura u l-wirt storiku f’pajjiżna.
L-ewwelktieb Malta Phoenician, Punic and Roman, jittratta fuq il-wirt storiku, artistiku u arkeoloġiku ta’ l-ewwel żminijiet storiċi tal-qedem ta’ Malta, dawk li ġew immedjatament wara l-preistorja.   Il-ktieb jillustra l-istorja u l-fdalijiet ta’ dawn iż-żminijiet wieħed wara l-ieħor, minn l-ewwel oqbra Feniċi bil-ġojjelli Eġizjani tagħhom, sal-vilel Rumani u d-dar sinjorili tal-belt Rumana tar-Rabat, kif ukoll is-santwarju ta’ Ġunoni f’Tas-Silġ, u fl-aħħar il-katakombi nsara mifruxa maż-żewġ gżejjer. Ir-rakkont huwa llustrat b’iktar minn 500 ritratt mill-fotografu magħruf Daniel Cilia, b’mapep u rikostruzzjonijiet artistiċi.
It-TieniKtieb Malta before History jittratta l-5,000 sena preistorja tal-gżejjer tagħna, partikolarment iż-żminijiet li nbnew it-tempji uniċi.  Dan il-ktieb jipprova jirrispondi l-ħafna domandi li jduru madwar dawn it-tempji, fost l-oħrajn lil min kienu qed iffitxu li jqimu, x’kienu r-riti, għaliex din iċ-ċiviltà għebet.  Ktieb miktub minn għaxar esperti żgur għandu jkollu valur kbir lil kull librerija.
Huwapjaċir tiegħi li nqassam dawn il-kotba lis-Sindki tal-lokalitajiet kollha ta’ Malta u Għawdex li għandhom librerija reġjonali jew pubblika, kif ukoll lil-Libreriji Pubbliċi, bl-iskop li jitpoġġew għad-dispożizzjoni tal-pubbliku in ġenerali.
Nawgurali n-National Lotteries Good Causes Fund Committee jibqa’ jgħin kif jista’ lil dawk l-għaqdiet u l-assoċjazzjonijiet matul iz-zmien li ġej. Dawn jagħmlu ħafna ġid mal-komunità f’aspetti diversi fis-soċjetà, u għalhekk il-Gvern, permezz ta’ dan il-fond ser jinkoraġġixxi dan li jkompli jsir.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow