JINĦARĠU 12 –IL TENDER GĦALL-BINI TA’ TOROQ RESIDENZJALI ĠODDA F’ĦAL GĦAXAQ, MARSASKALA, ĦAL LIJA U BIRKIRKARA
pr1315
14/09/2005
| Bħala | parti mill-programm ta’ xogħolijiet tal-Gvern biex jinbnew it-toroq residenzjali kollha li għadhom jaqgħu taħt ir-responsabbilità tal-Gvern Ċentrali, fil-jiem li ġejjin ser ikunu ppubblikati fil-Gazzetta tal-Gvern tnax –il tender għal bini ta’ daqstant toroq fil-lokalitajiet ta’ Ħal Għaxaq, Marsaskala, Ħal Lija u Birkirkara. It-tenders qed jinħarġu mill-Awtorità dwar it-Trasport ta’ Malta. |
| It-toroq | li ser ikunu qed jinbnew huma: |
· Triq Indrì Magrin, Triq Sebastjan Saliba, Triq il-Barklor, Triq il-Lellux u Triq il-Ħobbejża, Ħal Għaxaq
· Triq l-Isfar u Triq il-Vjola, Marsaskala
· Triq Geraldu Azzopardi, Triq Carmelo Farrugia, u parti minn triq Ħal-Bordi, Ħal Lija
· Triq l-Ibagħal u Triq is-Sienja, Birkirkara
| Dawn | it-tnax –il tender qed jiżdiedu ma’ 19 -il tender għal xogħolijiet fuq toroq simili f’lokalitajiet bħal San Ġwann, Raħal Ġdid, in-Naxxar u Ħal Qormi li ħarġu fl-aħħar xaharejn. Għaddej ukoll xogħol ta’ tħejjija biex fil-gimgħat li ġejjin jinħarġu aktar tenders bħala parti minn l-istess programm ta’ xogħolijiet li huwa xhieda ċara ta’ l-impenn tal-Gvern li jtejjeb il-network tat-toroq kollu ta’ pajjiżna. |
| Intant | il-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq u l-Awtorità dwar it-Trasport qed jaħdmu mal-Ministeru t’Għawdex biex jitħejjew l-istimi għall-bini ta’ numru ta’ toroq residenzjali f’Għawdex. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947