Left arrow Go Back

Kopji ta’ kuntratti u testmenti ppubblikati minn nutara mejtin

pr1307
Date Icon 13/09/2005
Permezzta’ Avviż Legali 303 ta’ l-2005, il-Viċi Prim Ministru u Ministru tal-Ġustizzja u l-Intern introduċa regolamenti li bihom issolvew numru ta’ problemi legali li kienu marbuta ma’ kuntratti u testmenti li kienu saru minn Nutara li llum huma mejta.  Dawn ir-regolamenti jistabilixxu li, la darba l-att kien ġie ffirmat mill-partijiet u kien ġie insinwat, allura l-Att ġie ssanat, jiġifieri ġie meħlus mid-difetti, permeżż ta’ dawn ir-regolamenti.
Kullmin irid kopja ta’ xi att kif imsemmi f’dawn ir-regolamenti, huwa Importanti li dak li jkun jiġbor kopja tan-nota ta’ l-insinwa, biex b’hekk in-Nutar Principali tal-Gvern u l-Arkivista tkun tista’ tittimbra fuq l-att, sabiex l-att ikun ġie ratifikat permezz ta’ dan l-Avviż Legali.
Kullmin jixtieq aktar informazzjoni dwar dan is-suġġett, wieħed għandu jkellem lin-Nutar Prinċipali tal-Gvern, fl-Uffiċċju tiegħu fi Triq Mikiel Anton Vassalli, il-Belt Valletta.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow