Il-PRIM MINISTRU JINDIRIZZA L-ASSEMBLEA ĠENERALI TAN-NAZZJONIJIET UNITI
pr1306
13/09/2005
| Il-Prim | Ministru llum ħalla Malta għal New York fejn se jipparteċipa fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti. Il-Prim Ministru se jindirizza l-Assemblea għada l-Erbgħa, 14 ta’ Settembru. Huwa se jkollu wkoll laqgħa bilaterali mal-President ta’ Andorra, Albert Pintasantolaria. |
| Il-Prim | Ministru se jkun akkumpanjat mill-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, Michael Frendo, is-Segretarju Privat tal-Prim Ministru, Remigio Bartolo, il-Kap tas-Segretarjat fil-Ministeru ta’ l-Affarijiet Barranin, Chris Mercieca, l-Advisor tal-Ministru ta’ l-Affarijiet Barranin, l-Ambaxxatur Saviour Stellini u l-Kap tad-Direttorat ta’ l-Unjoni Ewropea, John Inguanez. |
| Il-Prim | Ministru mistenni lura Malta nhar il-Ġimgħa 16 ta’ Settembru. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947