Left arrow Go Back

INTEGRAZZJONI TAĊ-CIMU FIL-MITTS

pr1301
Date Icon 09/09/2005
Kif ħabbar f'Ġunjuta' din is-sena, il-Gvern bħalissa qiegħed jirriforma l-operat tiegħu fil-qasam tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u l-kommunikazzjoni (ICT) fis-settur pubbliku. L-għan prinċipali tal-Gvern f'din ir-riforma hu li jkompli jsaħħaħ dan is-settur biex is-servizzi pubblici jkunu jistgħu jistgħu jinghataw b’mod aktar efficjenti u bi spejjeż anqas.
Waħda mid-deċiżjonijietimportanti relatati ma' l-istrutturi ta' l-operat kienet l-integrazzjoni tal-funzjonijiet tas-Central Information Management Unit (CIMU) fil-MITTS. L-għanijiet ta' din id-deċiżjoni kienu primarjament tlieta:

1.   Is-seperazzjoni tal-funzjonijiet bejn il-MITTS u s-CIMU ma kienx għadu neċessarju fil-kuntest ta' kif żviluppa l-qasam ta' l-ICT fil-Gvern, partikolarment wara li l-Gvern issa ddeċieda li l-MITTS m'għandhiex tikkompeti mas-settur privat fil-qasam ta' l-ICT;  

2.   Fid-dawl tad-deċiżjoni li l-MITTS issir organizzazzjoni ta' eċċellenza fil-qasam ta' l-ICT fil-Gvern u tiffoka l-core business tagħha fuq il-provvista ta' firxa estensiva ta' servizzi infrastrutturali u tekniċi (imsejħa core services) lill-Gvern u lill-entitajiet pubbliċi kollha, inħass il-bżonn li tissaħħaħ il-funzjoni ta’ l-ICT governance u din il-funzjoni ssir parti integrali mis-servizzi li l-MITTS tkun qed tipprovdi. Dan ir-rwol jinkuldi diversi funzjonijiet ta' importanza strateġika fosthom is-sigurtà, it-tfassil ta' standards fl-oqsma kollha ta' l-ICT fil-Gvern u l-ħidma kollha relatata mal-compliance marbut ma' dawn l-istandards;  

3.   Minħabba li l-MITTS ser tkun qegħda gradwalment toħroġ minn firxa wiesgħa ta' xogħol (li issa ser jibda jsir mis-settur privat), diversi ħaddiema ser jagħddu minn proċess ta' titjib fil-ħiliet tagħhom biex jibdew jaqdu dmirjiet ġodda u aktar speċjalizzati fosthom il-funzjonijiet li ser tkun qed tassumi l-MITTS wara din l-integrazzjoni. Dan l-iżvilupp huwa parti mill-upskilling tal-kumpanija li kien irrefera għaliha l-Gvern meta ħabbar il-qafas sħiħ ta' din ir-riforma.  

Il-MITTS sertkun qed tassumi dawn il-funzjonijiet b'effett mill-1 t'Ottubru, 2005.
F'danil-kuntest u anki minħabba l-fatt li fiċ-CIMU jeżistu professjonisti ta’ valur ogħli għas-Servizz Pubbliku, fl-aħħar ġimgħat il-Gvern wettaq eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-ħiliet tas-26 ħaddiem li kienu jaħdmu fiċ-CIMU. Wara dan l-eżerċizzju rriżulta li kien hemm biżżejjed pożizzjonijiet vakanti, f'diversi entitajiet pubbliċi, li jistgħu jimtlew mill-impjegati taċ-CIMU. Dan kien riżultat ta' deċiżjoni tal-Gvern li ma jimpjegax persuni f'dan is-settur fl-aħħar sitt xhur biex b'hekk ir-redeployment ta' dawn il-ħaddiema jkun wieħed effettiv kemm għall-impjegati nfushom kif ukoll għall-Gvern, minħabba li jkun qiegħed inaqqas l-ispiża b'madwar Lm300,000 fis-sena.
Fl-aħħar ġimgħatil-ħaddiema taċ-CIMU ġew informati b'din id-deċiżjoni kif ukoll bil-postijiet tax-xogħol li kienu ser ikunu assenjati lihom fi żmien ftit ġimgħat oħra.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow