Left arrow Go Back

Laqgħa ta’ konsultazzjoni f’Għawdex dwar il-White Paper “Insaħħu l-Volontarjat”

pr1296
Date Icon 09/09/2005
Il-WhitePaper “Insaħħu l-Volontarjat” għandha tkun ta’ interess għall-Għaqdiet, Kumitati u dawk kollha li huma nvoluti f’dawn l-oqsma u huwa għalhekk li l-Gvern iddeċieda li jagħmel laqgħa ta’ konsultazzjoni anke f’Għawdex sabiex ikun iktar faċli għall-membri ta’ l-għaqdiet volontarji Għawdxin biex jifhmu l-proposti u jagħtu l-kummenti tagħhom.
Għalhekkil-Gvern u l-Assoċjazzjoni ta’ Għaqdiet mhux Governattivi Għawdxin qed jistiednu lill-għaqdiet kollha f’Għawdex għal laqgħa fis-Sala tal-Wirjiet (Ministeru għal Għawdex) nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru fl-4.30pm. Esperti mill-Ministeru għall-Familja u Solidarjeta’ Soċjali se jispjegaw u jiċċaraw, wara l-introduzzjoni tal-Ministru għal Għawdex li tintroduċi l-iskop ta’ l-inizjativa. Se tkun ukoll opportunita’ biex dawk involuti jagħtu l-kummenti u s-suġġerimenti tagħhom.

Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd - anki għal dawk li m’humhiex membri ta’ l-Assoċjazzjoni. Ikun utli li min jixtieq jattendi jinforma liċ-Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi fuq in-numru tat-telefon 21565492 jew email ngocentregozo@gov.mt.  

Kopja tal-White Paper, bil-Malti u bl-Ingliż, tista’ titniżżel minn fuq l-internet (www.welfare.gov.mt) filwaqt li kopji ppubblikati jistgħu jinkisbu mill-Ministeru għall-Familja u s-Solidarjeta’ Soċjali (fejn qed jintlaqgħu kummenti sa l-aħħar ta’ Ottubru); miċ-Ċentru għall-Għaqdiet mhux Governattivi f’Għawdex u mill-Ministeru għal Għawdex.  

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow