Opportunita’ unika għan-negozji u gradwati Għawdxin
pr1295
09/09/2005
| Negozji | ta’ daqs żgħir jew medju f’Għawdex għandhom opportunita’ oħra li jibbenefikaw minn skema partikolari għal Għawdex li tippermetti l-impjieg sussidjat ta’ gradwati Għawdxin. |
| L-iskema, | li tnediet iktar kmieni din is-sena, diġa’ qed timpjega numru ta’ gradwati Għawdxin ma’ negozji ta’ daqs żgħir u medju f’Għawdex. Din l-iskema qed toffri opportunita’ unika mhux biss lil gradwati li qabel kienu mingħajr impjieg, imma wkoll lin-negozji Għawdxin għaliex issa l-Gvern u l-Unjoni Ewropea qed jgħinuhom fil-paga ta’ gradwati full-time, peress li parti mis-salarju mogħti qed jitħallas minn din l-iskema. |
| L-iskema | hija mifruxa fuq erba’ snin, bil-ħlas tal-paga mogħti jkopri l-ewwel sentejn ta’ impjieg. Għas-sentejn ta’ wara mbagħad, l-iskema tobbliga lill-gradwat u lill-intrapriża li tħaddmu sabiex l-impjieg jibqa’ fis-seħħ. Dan ifisser garanzija ta’ impjieg għall-gradwat f’Għawdex u ta’ servizz lill-intrapriża Għawdxija għal mill-inqas erba’ snin. |
| Din | l-iskema kienet ġiet proposta mill-Ministeru għal Għawdex wara konsultazzjoni mal-Kumitat Reġjonali għall-Proġetti f’Għawdex. Qed tingħata permezz tal-Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006 taħt il-Fond Soċjali Ewropew. |
Bħalissa qed jintlaqgħu offerti minn negozji Għawdxin sabiex juru l-interess tagħhom li jimpjegaw gradwati taħt din l-iskema. L-applikazzjonijiet iridu jaslu għand l-uffiċċju tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fix-Xewkija (Għawdex) sa mhux iktar tard minn nhar it-Tlieta, 13 ta’ Settembru. F’każ ta’ diffikulta’, wieħed għandu jikkuntattja lis-Sur Marcel Bonnici fl-istess uffiċċju f’Għawdex, fuq in-numru tat-telefon 21562529 jew permezz ta’ l-email fuq l-indirizz marcelb@etc.gov.mt
Stqarrijiet Oħra:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947