Left arrow Go Back

Opportunita’ unika għan-negozji u gradwati Għawdxin

pr1295
Date Icon 09/09/2005
Negozjita’ daqs żgħir jew medju f’Għawdex għandhom opportunita’ oħra li jibbenefikaw minn skema partikolari għal Għawdex li tippermetti l-impjieg sussidjat ta’ gradwati Għawdxin.
L-iskema,li tnediet iktar kmieni din is-sena, diġa’ qed timpjega numru ta’ gradwati Għawdxin ma’ negozji ta’ daqs żgħir u medju f’Għawdex. Din l-iskema qed toffri opportunita’ unika mhux biss lil gradwati li qabel kienu mingħajr impjieg, imma wkoll lin-negozji Għawdxin għaliex issa l-Gvern u l-Unjoni Ewropea qed jgħinuhom fil-paga ta’ gradwati full-time, peress li parti mis-salarju mogħti qed jitħallas minn din l-iskema.
L-iskemahija mifruxa fuq erba’ snin, bil-ħlas tal-paga mogħti jkopri l-ewwel sentejn ta’ impjieg. Għas-sentejn ta’ wara mbagħad, l-iskema tobbliga lill-gradwat u lill-intrapriża li tħaddmu sabiex l-impjieg jibqa’ fis-seħħ. Dan ifisser garanzija ta’ impjieg għall-gradwat f’Għawdex u ta’ servizz lill-intrapriża Għawdxija għal mill-inqas erba’ snin.
Dinl-iskema kienet ġiet proposta mill-Ministeru għal Għawdex wara konsultazzjoni mal-Kumitat Reġjonali għall-Proġetti f’Għawdex. Qed tingħata permezz tal-Fondi Strutturali għal Malta 2004-2006 taħt il-Fond Soċjali Ewropew.

Bħalissa qed jintlaqgħu offerti minn negozji Għawdxin sabiex juru l-interess tagħhom li jimpjegaw gradwati taħt din l-iskema. L-applikazzjonijiet iridu jaslu għand l-uffiċċju tal-Korporazzjoni tax-Xogħol u Taħriġ fix-Xewkija (Għawdex) sa mhux iktar tard minn nhar it-Tlieta, 13 ta’ Settembru. F’każ ta’ diffikulta’, wieħed għandu jikkuntattja lis-Sur Marcel Bonnici fl-istess uffiċċju f’Għawdex, fuq in-numru tat-telefon 21562529 jew permezz ta’ l-email fuq l-indirizz marcelb@etc.gov.mt

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow