Left arrow Mur Lura

Il-kommemorazzjoni tat-8 ta’ Settembru fil-Birgu: l-Onor. Alfred Sant kien infurmat u qabel

pr1291
Date Icon 09/09/2005
Il-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura jirreferi għal kummenti li għamel il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni, l-Onor. Alfred Sant fejn ġie rappurtat li qal li ma kienx konsultat dwar id-deċiżjoni li ċ-ċelebrazzjonijiet tat-8 ta’ Settembru ta’ din is-sena, jinżammu fil-Birgu u li sar jaf biss bil-bidla tal-post mill-invit li ntbagħtlu.
Il-Ministerugħat-Turiżmu u Kultura jinnota li dak li qal l-Onor. Alfred Sant assolutament mhux minnu.
Fit-22ta’ Ġunju 2005 il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura, l-Onor. Francis Zammit Dimech kiteb lil Dr Alfred Sant fejn infurmaħ li ġie avviċinat mis-Sur John Boxall, Sindku tal-Birgu, dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tat-8 ta’ Settembru ta’ din is-sena, b’talba formali u unanima tal-Kunsill Lokali tal-Birgu, li xtaq li s-serata kommemorattiva li normalment issir f’Misraħ l-Assedju, fil-Belt Valletta fis-7 ta’ Settembru filgħaxija, għal din is-sena, ssir f’Misraħ ir-Rebħa fil-Birgu.
Il-MinistruZammit Dimech kompla: “Dan minħabba l-fatt li l-monument tal-Vitorja li jfakkar l-assedju u li jinsab fl-istess pjazza, f’Settembru ta’ din is-sena, jagħlaq 300 sena mit-twaqqif tiegħu. Jidher ukoll li din hija x-xewqa ta’ nies prominenti oħra fil-Birgu li ssuġġerew lill-Kunsill jagħmel it-talba fuq imsemmija.”
L-ittratissokta: “Bħal kull festa nazzjonali oħra, l-attivitajiet sabiex jitfakkar dan il-jum huma regolati minn ftehim li kien sar bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni fil-15 ta’ Mejju 1990.
“Il-PrimMinistru, u jien aħna tal-fehma li l-proposta għandha tiġi milqugħa u tkun ħaġa xierqa li ssir eċċezzjoni għal din is-sena minħabba l-importanza tal-ġrajja għan-nies tal-Birgu. Inkun grat jekk tinfurmani jekk taqbilx mal-proposta tal-Kunsill tal-Birgu ħalli l-Ministeru tiegħi jkun jista’ jagħti struzzjonijiet lill-Kumitat Festi Nazzjonali biex jibda jagħmel l-arranġamenti meħtieġa.”
It-tweġibagħal din l-ittra nghatat bil-fomm mis-Sur Joe Zammit, segretarju ta’ Dr Alfred Sant, jumejn wara, lis-Segretarju Privat tal-Ministru Zammit Dimech. It-tweġiba tal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni kienet fis-sens li kien jaqbel ma’ dan is-suġġeriment.
Huinkredibbli kif il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni qed jipprova joħloq kontroversja politika dwar suġġett li kien qabel dwaru.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow