Left arrow Go Back

STQARRIJA TAL-MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI DWAR IL-KUMMENTI TA’ L-ONOR. CHARLES MANGION FUQ IS-SEA MALTA

pr1290
Date Icon 09/09/2005

Il-bierah, l-Onor. Charles Mangion indirizza Konferenza ta’ l-Aħbarijiet,  oħra minn sensiela dwar il-privatizzazzjoni tas-Sea Malta . L-Onor. Mangion tenna l-motivazzjoni tiegħu u tal-Partit tiegħu għal din il-kampanja: li l-Partit Laburista hu kontra l-privatizzazzjoni u favur il-kontroll statali ta’ l-ekonomija.

Fuq il-bażi ta’ din il-pożizzjoni ideoloġika antikwata, l-Onor. Mangion u l-Partit tiegħu iħossuhom ġustifikati jgħawwġu l-fatti kif jidhrilhom biex jitfgħu it-tajn u jostakolaw kull proċess ta’ privatizzazzjoni li jibda l-Gvern. L-Onor. Mangion irrefera għar-rapport tal-Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL rigward il-valutazzjoni ta’ l-Mv Maltese Falcon. Il-konklużjonijiet ta’ l-Onor. Mangion huma qarrieqa u jiskartaw il-fatti li huma:  

  1. Li l-Bord tad-Diretturi u xi membri tal-management tas-Sea Malta kienu jafu li n-negozjati ma’ Atlantica SpA di Navigazione, kienu fi stadju avvanzat u li l-partijiet kienu qed joqorbu li jiffinalizzaw Ftehim Preliminari li jirregola l-bejgħ ta’ l-ishma. MGI u l-Privatisation Unit ikkomunikaw ma’ dik li kienet iċ-Chairman tas-Sea Malta f’okkażjonijiet diversi u nfurmawha li l-iffirmar tal-Ftehim Preliminari kien fil-qrib;
  1. Nhar it-30 ta’ Mejju 2005 (ġimgħatejn qabel il-Ftehim Preliminari kien iffirmat mill-Privatisation Unit u l-MGI), is-Sea Malta talbet lil Barry Rogliano Salles jipprovdilha stima aġġornata ta’ l-Mv Maltese Falcon – ma jidhirx li dan il-fatt, estremament rilevanti għan-negozjati – kien kommunikat lill-Privatisation Unit u jew lill-MGI;
  1. Nhar id-9 ta’ Ġunju 2005 (ħamest ijiem qabel il-Ftehim Preliminari kien iffirmat mill-Privatisation Unit u l-MGI), is-Sea Malta rċeviet email mingħand Barry Rogliano Salles li ndikat li l-valur tas-suq stmat ta’ Mv Maltese Falcon kien ta’ €5.5 miljun – stima li kienet sostanzjalment ogħla minn dik qabel kommunikata mis-Sea Malta lill-Privatisation Unit u lill-MGI bħala l-prezz stmat ta’ bejgħ mill-ġdid ta’ l-Mv Maltese Falcon;
  1. Is-Sur Joe Bugeja kkonferma mal-Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL li apparti minnu, is-Sinjura Marlene Mizzi, dak inhar Chairman, is-Sur J. T. Apps, Segretarju tal-Borg u s-Sinjura M. L. Galea, Assistant General Manager, Finanzi, kienu kollha jafu bir-reviżjoni ta’ l-istima nhar id-9 ta’ Ġunju 2005;
  1. Minkejja li dawn il-persuni kienu jafu bl-istima ġdida u drastikament differenti, ħadd minnhom ma kkomunika l-istima l-ġdida: la lill-Privatisation Unit u lanqas lill-MGI, li komplew biex iffirmaw il-Ftehim Preliminari m’Atlantica SpA ħamest ijiem wara, nhar l-14 ta’ Ġunju 2005.
  1. Kien biss nhar il-21 ta’ Ġunju 2005 (ġimgħa wara l-Ftehim Preliminari li l-Privatisation Unit u l-MGI u kumbinazzjoni 24 siegħa wara r-riżenja tas-Sinjura Marlene Mizzi mill-pożizzjoni ta’ Chairman) li s-Sur Joe Bugeja, il-General Manager tas-Sea Malta , informa lill-MIMCOL li kienet teżisti stima riveduta tal-valur ta’ l-Mv Maltese Falcon;
  1. Qatt, bejn it-30 ta’ Mejju 2005 u l-14 ta’ Ġunju 2005 (meta kien iffirmat il-Ftehim Preliminari) ma’ xi membru tal-Bord tad-Diretturi jew xi uffiċjal tas-Sea Malta informa lill-Privatisation Unit u/jew lill-MGI bil-fatt li kien hemm jew kien għaddej xi proċess ta’ ri-valutazzjoni;
  1. Aktar minn hekk u l-aktar rilevanti fiċ-ċirkostanzi, qatt bejn id-9 ta’ Ġunju 2005 u l-14 ta’ Ġunju 2005 (id-data tal-Ftehim Preliminari) ma xi membru tal-Bord tad-Diretturi jew xi uffiċjal tas-Sea Malta informa lill-Privatisation Unit u/jew lill-MGI bil-fatt li l-kumpanija rċeviet stima riveduta. Fil-fatt kemm il-Privatisation Unit u l-MGI jikkonfermaw li l-ewwel li xi ħadd infurmahom b’dan, kien nhar il-21 ta’ Ġunju 2005; waqt taħdita bit-telefon bejn is-Sur Joe Bugeja, General Manager tas-Sea Malta u s-Sur Mario Mizzi, Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL.

Il-Gvern itenni li hu għal kollox normali li fi proċess ta’ privatizzazzjoni, il-Privatisation Unit joqgħod għal kollox fuq il-Bord tad-Diretturi u l-management tal-kumpanija għall-korrettezza u l-validità ta’ l-informazzjoni li juża, biex imexxi u jagħlaq in-negozjati.  

Ir-rapport tal-Kap Eżekuttiv tal-MIMCOL li ppubblika l-Gvern, u li dwaru tkellem il-bieraħ l-Onor. Mangion jindika li, dik li kienet iċ-Chairman u uffiċjali oħra tas-Sea Malta ma tawx informazzjoni li tiswa fuq il-karta, bidla rilevanti u materjali fil-valur ta’ l-akbar attiv tal-kumpanija. Dan għamluh meta kienu għal kollox konxji li l-proċess ta’ privatizzazzjoni kien fi stadju avvanzat.  

Dawn il-fatti joħorġu b’mod espliċitu mir-rapport li ppubblika l-Gvern u li qiegħed f’idejn l-istampa u l-ebda qari selettiv ta’ l-Onor. Mangion u ġbid minn barra l-kuntest, ma jibdel il-verità ċara li toħroġ minnu.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA   Aktar mediċini mill-Formularju tal-Gvern se jkunu jistgħu jiġu mibdija jew imġedda mit-tobba privati tal-familja

PR261948

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

More Press Releases Right arrow