“FIT-22 TA’ SETTEMBRU NIĊĊELEBRAW CAR FREE DAY – INĦEĠĠU L-CAR POOLING BIEX WIEĦED IMUR MINN POST GĦALL-IEĦOR BIL-ĦSIEB” – IL-MINISTRU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT
pr1287
07/09/2005
| Fit-22 ta’ | Settembru , Malta se tingħaqad mal-kumplament ta’ l-Ewropa biex tiċċelebra Car Free Day. It-tema għal din is-sena hija “ Minn post għall-ieħor bil-ħsieb”. |
| Il-Ministru għall-Affarijiet | Rurali u l-Ambjent George Pullicino qal li l-għan tal-Car Free Day huwa li jgħin lill-pubbliku jifhem il-benefiċċji ta’ modi ta’ transport sostenibbli u ta’ politika għat-titjib tal-kwalità ta’ l-arja, it-tnaqqis ta’ l-istorbju u ħajja aħjar għaċ-ċittadini. |
| “Din | is-sena qegħdin inħeġġu l-car pooling bħala mod sostenibbli u intelligenti kif wieħed imur minn post għall-ieħor,” qal il-Ministru Pullicino. |
| Bejn is-7 u | 9a.m. tat-22 ta’ Settembru, wardens f’diversi lokalitajiet se jieħdu għadd ta’ numri ta’ karozzi li jintlemħu jġorru mill-inqas tliet passiġġieri imma mhux iktar mill-massimu tal-passiġġieri li jista’ jkun hemm fil-karozza. |
| Li hemm ġdid f’din l-inizjattiva huwa | l-fatt li f’din l-okkazjoni s-sewwieqa m’humiex se jitniżżlu fil-kotba tal-wardens minħabba ksur tar-regolamenti tat-traffiku imma għax jieħdu sehem fl-inizjattiva tal-car pooling. Ladarba n-numru tal-karozza jitniżżel mill-warden, is-sewwieq u l-passiġġieri awtomatikament jiġu eliġibbli li jirbħu premjijiet sbieħ li jittellgħu permezz ta’ lotterija. |
| “Inħeggu lill-pubbliku, b’mod partikolari lin-nies li jaħdmu, | jorganizzaw ruħhom bejniethom biex, per eżempju, f’każ ta’ erba` persuni, minflok imorru x-xogħol b’erba’ karozzi jiftiehmu li jmorru b’karozza waħda,” qal il-Ministru Pullicino. “M’għandnix xi ngħidu li fil-ħidma tagħna biex dejjem ikollna ambjent isbaħ, arja iktar nadifa u kwalità ta’ ħajja aħjar nixtiequ li din l-inizjattiva titkompla wara t-22 ta’ Settembru wkoll għax dan iwassal biex ikollna inqas karozzi fit-toroq, inqas problemi ta’ traffiku, iktar sigurtà fit-toroq u inqas problemi ta’ pparkjar.” |
| L-attività tal-Car | Free Day qiegħda tigi kkoordinata mill-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, bil-parteċipazzjoni tal-Ministeru għall-Iżvilupp Urban u t-Toroq, il-Ministeru tas-Saħħa, l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar u l-Awtorità tat-Trasport Pubbliku. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946