LAQGĦA TA’ KONSULTAZZJONI DWAR IL-WHITE PAPER “INSAĦĦU L-VOLONTARJAT”
pr1283
07/09/2005
| Il-Ministeru | għall-Familja u Solidarjetà Soċjali javża li wara t-tnedija tal-White Paper“Insaħħu l-Volontarjat”, se ssirlaqgħa ta’ konsultazzjoni nhar it-Tnejn, 19 ta’ Settembru 2005 fis-2.30pm fiċ-Ċentru Ħidma Soċjali 469, St Joseph High Road, Sta Venera. Se jkun hemm ukoll laqgħa f’Għawdex, nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru, fis-sala tal-Ministeru għal Għawdex , Victoria , fl-4.30pm. |
| Jista’ | jiġi pprovdut interpretu tal-lingwa tas-sinjali jekk issir talba sat-12 ta’ Settembru fuq in-numru tat-telefon 2590 3119. |
Kopja tal-White Paper tinstab fuq is-sit elettroniku tal-Ministeru www.welfare.gov.mt
Kull kummenti jew suġġerimenti rigward din il-liġi jistgħu jintbagħtu sa l-aħħar t’Ottubru lill-Avukat Maria Sciriha fl-indirizz postali: Ministeru għall-Familja u Solidarjetà Soċjali, Palazzo Ferreria, Triq ir-Repubblika, Valletta CMR 02, jew fl-indirizz elettroniku: voluntarysector@gov.mt
Persuni involuti fis-settur volontarju huma mħegga jipparteċipaw fil-laqgħat ta’ konsultazzjoni.
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947