STQARRIJA KONĠUNTA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U KULTURA U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: IL-PROĊESS GĦALL-IŻVILUPP TAL-GOLF COURSE QIEGĦED F’IDEJN L-AWTORITAJIET RESPONSABBLI U KOMPETENTI
pr1281
07/09/2005
| Il-proċess | għall-iżvilupp tal-golf course qiegħed f’idejn l-awtoritajiet responsabbli u kompetenti. Kull deċiżjoni dwar dan l-iżvilupp tittieħed abbażi ta’ l-istudji tekniċi u rapporti li saru u li għadhom iridu jsiru mill-konsulenti mqabbdin mill-Awtorità dwar it-Turiżmu u li jridu jkunu evalwati mill-Awtorità responsabbli mill-Ambjent u l-Ippjanar, il-MEPA. |
| B’riferenza | għall-istqarrija tal-kelliema tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni dwar is-sit propost għall-iżvilupp tal-golf course, il-Ministeru għat-Turiżmu u l-Kultura u l-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent itennu li l-mod li dan il-Gvern jimxi bih huwa dak li jħalli f’idejn l-awtoritajiet u mhux jaqbad u jiddeċiedi hu bħalma tagħmel l-Oppożizzjoni. |
| Huwa | ironiku li l-Kelliema tal-Partit ta’ l-Oppożizzjoni joħorġu stqarrijiet meta kien il-Kap ta’ l-Oppożizzjoni nnifsu li meta kien Prim Ministru ħatar kumitat tekniku biex jipproponilu siti fejn tista’ ssir golf course, mingħajr ebda kunsiderazzjoni lejn il-parir ta’ l-Awtoritajiet u tan-nies tekniċi li jaħdmu fihom. Saħansitra llum mar aktar lil hemm minn hekk u hu stess qed jimponi l-għażliet tiegħu tas-siti fejn issir il-golf course mingħajr ebda bażi xjentifika għall-għażliet tiegħu. |
| Minkejja | tentattiv ieħor li ma jagħtix stampa vera tal-fatti, il-Ministeri kkonċernati jtennu li l-proċess sa’ issa kien wieħed trasparenti għall-aħħar u dan jixhdu wkoll il-fatt li kull rapport li sar s’issa huwa pubbliku. Wara li l-MEPA tqabbdet mill-Gvern biex tipproponi l-aħjar siti fejn jista’ jsir l-iżvilupp tal-golf course, seħħ żvilupp meta l-art fejn kien hemm Ħal Ferħ li kienet f’idejn l-Air Malta għaddiet lura għand il-Gvern. Dan wassal biex il-Gvern talab lill-MEPA biex tevalwa wkoll dak is-sit u nstab li dak is-sit kien joffri potenzjal għal aktar studju bħala l-aħjar sit propost għall-iżvilupp tal-golf course. |
| Għal | darb’oħra l-Gvern irid itenni li bl-ebda mod dan il-proċess ma hu magħluq. Il-MEPA għad trid tiddeċiedi abbażi ta’ l-informazzjoni miġbura u l-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li trid issir bħalha parti mill-proċess ta’ l-istudju dwar l-impatt ambjentali, l-EIA. |
| Dan | hu l-mod li jimxi bih il-Gvern u l-impenn huwa li kull fażi tal-proċess tibqa’ tkun deċiża abbażi tal-pariri tekniċi ta’ l-esperti f’dan il-qasam. Dan jikkontrasta bil-kbir ma’ ta’ l-Oppożizzjoni. |
| Irid | jingħad ukoll li peress li s-sit magħżul huwa ferm akbar minn dak li hu meħtieġ għall-iżvilupp ta’ golf course, dan għandu jwassal biex ikun hemm kunsiderazzjoni u rispett lejn iż-żoni l-aktar sensittivi fuq l-istess sit. Barra minn hekk irid ikun ukoll imtenni li l-Gvern jara wkoll potenzjal ta’ sitwazzjoni vantaġġjuża għal kulħadd peress li ż-żoni skedati ta’ mal-kosta u li huma viċin is-sit propost jistgħu jibbenefikaw minn pjan ta’ mmaniġġjar serju. |
| Minkejja | tentattiv ieħor ta’ opportuniżmu, il-Gvern se jibqa’ determinat li jara li l-iżvilupp tal-golf course iseħħ wara li jintemm il-proċess kollu kif stabbilit fil-liġijiet ta’ l-ippjanar u l-ambjent li jirregolaw l-iżvilupp f’pajjiżna. Dan qed isir fl-aħjar interess nazzjonali u biex jiżgura l-kompetittività ta’ Malta bħala destinazzjoni turistika. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947