JUM IL-VITORJA 2005 F’GĦAWDEX
pr1277
06/09/2005
| L-attivita’ | kommemorattiva ta’ Jum il-Vitorja, f’Għawdex se ssir l-Erbgħa, 7 ta’ Settembru fi Pjazza Indipendenza, Victoria, taħt il-presidenza ta’ l-Onor. Giovanna Debono, Ministru għal Għawdex. |
| Iċ-ċerimonja | ser tibda fis-7.00pm bis-sehem tal-Banda tal-Pulizija illi ser timmarċja minn Pjazza Sabina sa Pjazza Indipendenza, Victoria u tkompli bil-parteċipazzjoni tal-Forzi Armati ta’ Malta. Wara l-wasla ta’ l-Onor. Ministru fi Pjazza Indipendenza, l-attivita’ tkompli bil-qari ta’ poeżija u diskors kommemmorattiv li din is-sena ser isir mis-Sur Carmel Cachia. |
| Iċ-ċerimonja | tilħaq il-qofol tagħha permezz tat-tqegħid ta’ kuruni fuq il-Monument tal-Gwerra fi Pjazza Indipendenza, li kien twaqqaf f’dan il-post f’Mejju 1954 mill-Altezza Rjali r-Reġina Eliżabetta II, waqt żjara Rjali f’Għawdex. |
| Waqt | l-istess ċerimonja, il-Banda tal-Pulizija tesegwixxi programm mużikali illi jasal fi tmiemu bid-daqq ta’ l-Innu Malti. |
Other Press Releases:
PR261948
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA ...
PR261947