Left arrow Mur Lura

IMĦABBRA PROPOSTI GĦAL EMENDI FIR-REGOLAMENTI DWAR KAĊĊA U INSIB

pr1275
Date Icon 06/09/2005
Wara deċiżjoni tal-Kabinett tal-Ministri, il-Gvernħabbar il-pubblikazzjoni ta’ avviż (Government Notice) li jinkludi proposti għal emendi fir-regolamenti dwar kaċċa u insib.  Dawn il-proposti se jinħarġu għall-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika ta’ erba’ ġimgħat.
Dettalji dwar dawn il-proposti, li se jkunuppublikati fil-ħarġa tal-Gazzetta tal-Gvern tal-lum it-Tlieta, 6 ta’ Settembru 2005 ingħataw mill-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet.
Il-Ministru Pullicino qal li fin-negozjati tas-sħubijafl-Unjoni Ewropea l-Gvern Malti nnegozja ftehim dwar kaċċa u l-insib ma’ l-Unjoni Ewropea.  Hu qal li qed isir dejjem aktar kruċjali li Malta tikkonforma ma’ dak li kien miftiehem matul in-negozjati dwar il-kaċċa u insib fil-gżejjer Maltin.  Jekk Malta trid li tiggarantixxi dak li akkwistat permezz tan-negozjati, m’hemm ebda triq oħra għajr li timplimenta ċertu tibdil fir-regolamenti tal-kaċċa u insib f’Malta.
It-tibdiliet qed jiġu proposti aktar minn sena wara li Malta ssieħbet fl-UnjoniEwropea.  Wara ż-żjara f’Malta mid-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea f’April li għadda l-Kummissjoni Ewropea ġibdet l-attenzjoni tagħna għall-ħtieġa li jkunu implimentati miżuri sabiex inkunu konformi mal-ftehim, kif ukoll ġibdet l-attenzjoni għal differenza fl-interpretazzjoni ta’ xi regolamenti.
Il-Ministru Pullicino qal li l-Kummissjoni Ewropea ilha tirċieviregolarment ammont kbir ta’ protesti kemm mingħand individwi kif ukoll minn għaqdiet volontarji Maltin u anke barranin.  Minbarra dan, il-Kummissjoni tara numru kbir u regolari ta’ artikli fl-istampa li jagħtu dehra tal-qgħada mwiegħra tal-kaċċa u l-insib f’Malta.  Fl-istess ħin membri tal-Parlament Ewropew qed jagħmlu pressjoni dejjem akbar fuq il-Kummissjoni biex tieħu azzjoni u biex ikun żgurat li Malta tkun konformi mad-Direttiva ta’ l-Għasafar ta’ l-Unjoni Ewropea.  Il-Kummissjoni trid twieġeb għal dawn l-allegazzjonijiet u turi li qed tieħu azzjoni biex ikun assigurat li Malta, bħala Stat Membru ta’ l-Unjoni Ewropea, qed tikkonforma ruħha mat-Trattat t’Adeżjoni
Il-proposti għall-emendi jikkonċernaw il-kaċċa fuq il-baħar għaltnax-il speċi.  Bħalissa din hi permessa mill-1 t’Ottubru sa’ l-aħħar ta’ Frar filwaqt li l-emenda proposta hija li l-kaċċa tkun mill-1 t’Ottubru sa’ l-aħħar ta’ Jannar.  Dan se jsir għax id-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea ma tippermettix kaċċa fuq għasafar fi triqthom lejn il-pajjiżi fejn ibejtu u matul ir-rebbiegħa.
Proposta oħra hi intiża biex tispeċifika l-limituta’ veloċità massima ta’ opri tal-baħar li jintużaw għall-kaċċa fuq il-baħar.  Permezz tal-proposta l-limitu ta’ veloċità massima qed ikun stabbilit bħala ta’ 18-il kilometru fis-siegħa.  Dan qed ikun propost biex Malta tkun konformi mad-Direttiva ta’ l-Unjoni Ewropea li tagħti limitu ta’ veloċità massima ta’ 18-il kilometru fis-siegħa.
Il-proposta l-oħra tirrigwarda l-insib ta’ l-għasafarta’ l-għana li bħalissa hu permess mill-1 t’Ottubru sa’ l-10 t’April.  L-emenda proposta hi biex dan l-insib isir mill-1 t’Ottubru sa’ l-31 ta’ Jannar.  Dan qed ikun propost għaliex id-Direttiva ma tippermettix it-teħid ta’ għasafar li jkunu fi triqthom lejn pajjiżi fejn ibejtu u matul ir-rebbiegħa.
Il-Ministru Pullicino qal li l-possibilità li Malta tapplika l-Artiklu 9tad-Direttiva 79/409/KEE ukoll se tkun inkluża fir-Regolamenti.  Dan l-Artiklu jippermetti l-possibilità ta l-użu ta’ deroga fuq ċerti kundizzjonijiet kif imfassla fid-Direttiva.  Kif inhu mniżżel fil-Pożizzjoni Komuni ta’ l-Unjoni Ewropea (CONF-M 110/02) tas-27 ta’ Settembru 2002 f’Kaptilu 22: Ambjent, dan l-Artiklu jista’ jintuża “għat-teħid fir-rebbiegħa tal-Gamiema Streptopelia Turtur u s-Summiena Coturnix Coturnix”.  B’hekk, bl-uzu ta’ dan l-artiklu, il-kaċċa għall-gamiem u s-summien ikun jista’ jibqa’ jsir f’Malta fir-rebbiegħa.
L-Onor. Pullicino qal li huwa importanti li wieħedjifhem li jekk Malta ma tikkonformax ma’ dak li ġie miftiehem fin-negozjati tas-sħubija, hemm il-possibiltà li jintilef dak kollu li ġie akkwistat.  Malta hija l-uniku pajjiż fl-Unjoni Ewropea li tippermetti t-teħid tal-gamiem u tas-summien fir-rebbiegħa u dan diġà kkawża ammont ta’ kontroversja fl-Unjoni Ewropea matul in-negozjati.
Fid-dawl ta’ dan Malta trid tieħu passi li jizguraw li tkun konformima’ dak li ġiemiftiehem.  Fl-aħħar mill-aħħar, l-iskop tad-Direttiva ta’ l-Għasafar mhuwiex li twaqqaf il-kaċċa imma li tiżgura li l-kaċċa tkun sostenibbli u ma tipperikolax dawk l-ispeċi t’għasafar li l-popolazzjoni tagħhom qed tonqos.
Il-Ministru George Pullicino qal li jekk irridu li l-kaċċa u l-insib jibqgħuiseħħu f’pajjiżna, huwa fl-interess ta’ kulħadd li nassiguraw li kull attività ssir f’parametri legali u bi prattiċi sostenibbli.
Il-proposti għall-emendi għar-regolamenti ġew pubblikati għall-konsultazzjonipubblika ta’ erba’ ġimgħat.  Kulħadd huwa mistieden jagħmel is-sottomissjonijiet għall-kunsiderazzjoni tal-Gvern.  Dawn is-sottomissjonijiet għandhom jintbagħtu lis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, Xatt il-Barriera, l-Belt Valletta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow