Left arrow Go Back

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-INVESTIMENT, INDUSTRIJA U TEKNOLOĠIJA TA’ L-INFORMAZZJONI U MILL-MINISTERU GĦALL-AFFARIJIET RURALI U L-AMBJENT: JITNIEDA L-PROĊESS TA’ KONSULTAZZJONI PUBBLIKA DWAR ID-DEVELOPMENT BRIEF TAS-SIT TA’ FORT CAMBRIDGE F'TAS-SLIEMA

pr1274
Date Icon 06/09/2005
Tniedal-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika dwar id-Development Brief tas-sit ta’ Fort Cambridge f’Tas-Sliema.  Is-sit jinkludi l-bini li bħalissa jintuża bħala l-lukanda Crowne Plaza.
Dinit-tnedija saret waqt konferenza ta’ l-aħbarijiet li kienet indirizzata mill-Ministru Austin Gatt, chairman tal-Kumitat tal-Kabinett dwar Proġetti Kapitali, u l-Ministru George Pullicino, Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent.
Il-MinistruGatt qal li ż-żona li dwarha qed jigi ppubblikat id-development brief hi kollha proprjetà tal-gvern li kienet ingħatat fis-snin 80 lill-Air Malta b'ċens temporanju għal 65 sena. L-Air Malta użat dan is-sit għal-lukanda Crowne Plaza.
Il-MinistruGatt spjega li l-Air Malta għandha direzzjoni mis-sid taghha, il-Gvern, biex tikkonċentra fuq il-core business tagħha u qed tfittex biex tneħħi l-businesses l-oħrajn li kienet topera fihom u li m'għandhomx x'jaqsmu mat-titjiriet, inklużi l-lukandi taghha. L-Air Malta ftiehmet mal-Gvern li tirrinunzja ċ-ċens sabiex il-Gvern ikun jista' jbigħ l-art bħala libra u franka.
Id-Dipartimentta' l-Artijiet għandu joħroġ tender għall-bejgħ ta' l-art wara l-konkluzjoni tal-proċess konsultattiv li beda llum.
Danid-development brief kien diskuss fil-Kumitat tal-Kabinett dwar proġett nazzjonali li fil-15-il xahar li ilu mwaqqaf approva u ppubblika erba' development briefs oħra: Pender Place/Mercury House, l-Iżvilupp ta' Baċir Numru 1 f'Bormla, u l impjant ‘31 ta' Marzu 1999’ f'Birżebbuġa. Il-Kumitat ikkoordina wkoll ix-xogħlijiet fuq it-toroq taħt il-Protokoll Taljan u l-finanzjament Ewropew u qed jikkoordina wkoll it-tħejjija ta' pjan ekonomiku għall-Port il-Kbir u l-proġett għal Ċentru ta' Esebizzjonijiet f'Ta' Qali.
Fl-interventtiegħu l-Ministru Pullicino qal li meta wieħed jitkellem fuq żvilupp sostanzjali f’Tigné ma jistax ma jitkellimx ukoll dwar issues ta’ traffiku u ta’ parking.  Hu qal li hu importanti li jitfakkar li t-triq li ddur ma’ Tigné kienet ippjanata mis-sittinijiet. Ir-raġuni hija għaliex mhux sostenibbli li jkollok ċentru kummerċjali fi Triq it-Torri u Triq  Bisazza li sservi wkoll bħala arterja prinċipali tat-traffiku.
Il-MinistruPullicino qal li aspett ieħor ta’ l-iżvilupp huwa l-ispazji miftuħa u pubbliċi li ser jinħolqu.  Dan peress li l-area ta’ quddiem u ta’ ma’ ġenb Forti Cambridge mhux ser jinbnew ’il fuq mill-art.  Dawn ser isiru spazju pubbliku li għandhom joħolqu attrazzjoni viċin il-promenade ta’ Qui si Sana.  Għandu jkun hemm ukoll spazji miftuħa n-naha tat-triq ta’ Tigné.
GeorgePullicino qal li din il-proposta tagħti wkoll importanza lill-wirt storiku u bil-proposti li qed isiru l-poplu se jkun jista’ jgawdi aħjar il-Forti li sa’ llum jinsab moħbi.
Il-MinistruPullicino qal li wara l-perjodu ta’ konsultazzjoni pubblika, isiru l-emendi li hemm bżonn mill-MEPA biex jitfassal l-abbozz finali għall-approvazzjoni ta’ l-istess MEPA.  Wara li d-Development Brief jiġi mgħoddi lill-Gvern dan jiġi diskuss u wara li jkun approvat is-sit jingħata għall-iżvilupp lill-privat bil-proċess tat-tendering.
Huqal lil kull min għandu interess, biex jissottometti l-kummenti tiegħu matul il-perjodu ta’ sitt ġimgħat ta’ konsultazzjoni pubblika.   L-Onor. Pullicino appella biex ikun hemm argumenti raġunati u bis-sens, u ma jsirux kummenti bbażati biss fuq l-emozzjoni.
Il-MinistruGeorge Pullicino qal li l-abbozz ippreżentat jindirizza d-diversi sfidi li wieħed isib fuq dan is-sit bil-għan li dawn jinbidlu f’opportunitajiet ġodda li jissarfu fi żvilupp ta’ kwalità li jagħti kontribut biex titkattar l-ekonomija tal-pajjiz, jinħolqu impjiegi ġodda filwaqt li jittejbu l-faċilitiajiet għall-komunità fl-inħawi.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow