Left arrow Mur Lura

Bozoz ġodda f’sitt Toroq Industrijali

pr1273
Date Icon 05/09/2005
Is-SegretarjatParlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, jinsab impenjat u determinat li ż-żoni industrijali ta’ l-Imrieħel, il-Ħandaq u l-Mosta jkomplu jkunu aktar u aktar organizzati.
Il-laqgħat u ż-żjarat li s-Segretarju Parlamentari Edwin Vassalloqiegħed ta’ spiss jagħmel ma’ l-istess sidien tan-negozji f’dawn iż-żoni industrijali qed ikomplu jħallu l-frott.  Wara li fl-Imrieħel, is-Segretarjat għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, f’isem il-Gvern, ħa l-inizjattiva li jwettaq proġett infrastrutturali li sewa mal-miljun u nofs liri Maltin, issa qed ikomplu jiġu identifikati problemi oħra li jeħtieġu l-attenzjoni, sabiex tkompli titjieb l-organizzazzjoni f’dawn iż-żoni industrijali.
Illumis-sidien tan-negozji li joperaw miż-żona industrijali ta’ l-Imrieħel jinsabu ferm aħjar milli kienu.  It-toroq kważi kollha għandhom wiċċ ġdid bit-tarmak, fornuti b’servizz ta’ l-ilma adekwat, ġiet mibnija sistema ġdida tad-dranaġġ, twaħħlu diversi sinjali tat-traffiku, u beda jsir it-tindif taż-żona fuq bażi regolari.
Bħalissagħaddejjin l-aħħar preparamenti amministrattivi, sabiex fil-gimgħat li ġejjin jinħareg tender ieħor biex jiġi ffinalizzat il-proġett ta’ sistema għall-ilqugħ ta’ l-ilma tax-xita.  Dan huwa proġett li għalih diġa’ sar ix-xogħol li kellu jsir fit-toroq distributorji kollha taż-żona, u li jonqos biss li dan jiġi mqabbad mas-sistema prinċipali.
Is-SegretarjuParlamentari ħabbar li b’nefqa ta’ xejn inqas minn LM12,000 issa sitt toroq minn din iż-żona industrijali fl-Imrieħel, ser ikunu mixgħula ferm aħjar bl-installazzjoni ta’ 51 bozza ġdida.  Kien ilu jinħass in-nuqqas ta’ dawl adekwat f’dawn it-toroq.  Konsegwenza ta’ dan, barra n-nuqqas ta’ sigurta’, ta’ spiss diversi vandali u nies irresponsabbli kienu qed isibu kenn sabiex jarmu skart u ħmieg b’mod abbużiv.  Illum dawn it-toroq ġew imdawwla aħjar, u barra li s-sidien tan-negozji f’din iż-żona industrijali ser ikollhom rashom mistrieħa, qed ikun iffaċilitat ukoll l-aċċess għall-konsumaturi u klijenti ta’ l-istess sidien.
B’dinl-azzjoni, il-Kunsill Lokali ta’ Ħal-Qormi qed jiġi direttament mgħejjun finanzjarjament bis-somma ta’ LM12,000.  Dan għaliex l-ispiża kapitali inizjali sabiex ġew stallati dawn il-51 bozza ġdida, refagħha kollha kemm hi s-Segretarjat, u b’hekk din l-ispiża ġiet iffrankata lill-istess Kunsill Lokali.  Min-naħa l-oħra l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Qormi ser jibqa’ jkun responsabbli mill-manutenzjoni ta’ dawn il-bozoz.
Ħidmaoħra simili ser tkompli ssir, u fil-ġimgħat li ġejjin numru konsiderevoli ta’ bozoz ġodda ser ikunu qed jitwaħħlu fiż-żoni industrijali tal-Ħandaq u tal-Mosta.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow