Left arrow Go Back

ATTIVITAJIET TAL-KUMITAT FESTI NAZZJONALI FI ĦDAN IL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU U L-KULTURA FL-OKKAŻJONI TAL-FESTA NAZZJONALI TA' "JUM IL-VITTORJA" 2005

pr1272
Date Icon 05/09/2005
L-Erbgħa, 7 ta'Settembru 2005
11.30hrs        Tqegħid ta' kuruni mill-Kumitat Festi Nazzjonali fil-Forti Sant’ Anglu, Birgu; il-Monument tal-Vittorja, Isla u wara fiċ-Ċimiterju ta' Santa Marija Addolorata.
SerataKommemorattiva f'Misraħ ir-Rebħa, Birgu
18.40hrs        Marċ mill-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta minn Covre Porte għal Misraħ ir-Rebħa, Birgu
18.45 hrsKorteo minn Covre Porte għall-Misraħ ir-Rebħa, Birgu
18.50hrs        Il-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta taħt it-tmexxija tal-Band Master, Warrant Officer Ivan Joe Borg, tesegwixxi programm mużikali ħdejn il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, f’Misraħ ir-Rebħa, Birgu.
19.00hrs        Wasla tal-mistednin distinti
19.13hrs        Wasla tal-Prim Ministru
19.15 hrsProgramm Musiko/Letterarju bil-parteċipazzjoni tal-Banda tal-Forzi Armati. Matul is-serata jsir diskors kommemorattiv minn Mons . Fortunato Mizzi.  Ikun hemm ukoll rappreżentazzjoni dwar l-Assedju mill-atturi tal-Playhouse u Re-enactment tal-“Presentation of the Colours” mir-re-enacters ta’ l-Awtorita’ Maltija għat-Turiżmu. Lejn l-aħħar tas-serata jsir diskors mill-Onor Prim Ministru segwit biċ-ċerimonja ta’ Tqegħid ta' kuruni mill-Prim Ministru, Mr Speaker, Kap ta’ l-Opożizzjoni, Persuni Distinti u Korpi Kostitwiti.

                        INNU NAZZJONALI

Il-Ħamis,8 ta' Settembru, 2005
"JUMIL-VITTORJA"
QuddiesaPontifikali fil-Konkatidral ta' San Ġwann
09.30hrs        Tluq tal-Banda tal-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' Gwardja ta' l-Unur minn ħdejn il-Monument ta' Kristu Re, Floriana għal Triq ir-Repubblika, Valletta
09.42hrs        Wasla tal-Gwardja ta' l-Unur u l-Banda tal-Forzi Armati f' Misraħ San Ġwann, Valletta
09.48hrs        Wasla tal-Kmandant tal-Forzi Armati
09.51hrs        Wasla tal- Prim Ministru
09.55hrs        Wasla ta' l-E.T. il-President ta' Malta      Jingħata Salut Nazzjonali u ssir spezzjoni tal-Gwardja ta' l-Unur
10.00hrs        Quddiesa Pontifikali u kant tat- "Te Deum"
11.10hrs        Tqegħid ta' Kuruna mill-E.T. il-President ta' Malta fuq il-Monument ta' l-Assedju l-Kbir, Valletta
Regattafil-Port il-Kbir
14.00hrs        Regatta tradizzjonali fil-Port il-Kbir, li fiha il-"clubs" tar-Regatta affiljati ma’ l-Għaqda Regatta Nazzjonali li huma Birżebbuġa, Birgu, Bormla, Kalkara, Senglea, Marsa u Marsamxett jikkompetu f' Tiġrijiet tad-Dgħajjes tal-midalji b'erba' mqadef; Dgħajjes tal-pass b'erba' u b'zewġt imqadef; Fregatini b'zewġt imqadef u tmunier u Kajjikki b'zewġt imqadef. Ikun hemm ukoll ħames tiġrijiet fil-Kategorija Open u ħames tiġrijiet fil-Kategorija “Reserves” . Fl-aħħar tat-tiġrijiet issir il-preżentazjoni tas-shield mill-Ministru Francis Zammit Dimech, Ministru għat-Turizmu u l-Kultura.  Matul din l-edizzjoni tar-Regatta jkun hemm ukoll wirja tal-abseiling mill-“APS abseiling for Charity”.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow