Left arrow Mur Lura

It-tifkira tat-8 ta’ Settembru se ssir fil-Birgu

pr1271
Date Icon 05/09/2005
F’Konferenzata’ l-aħbarijiet li saret illum u li fiha ħabbar il-programm ta’ attivitajiet marbuta mal-kommemorazzjoni tal-ġrajjiet storiċi tat-8 ta’ Settembru, il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis Zammit Dimech qal li fuq talba tal-Kunsill Lokali Birgu, il-Kumitat Festi Nazzjonali, wara konsultazzjonijiet miegħu, iddeċieda li din is-sena l-kommemorazzjoni tat-8 ta’ Settembru, issir f’Misraħ ir-Rebħa fil-Birgu fejn hemm il-monument ta’ l-Assedju l-Kbir li din is-sena qed titfakkar it-300 sena mit-twaqqif tiegħu.
Il-MinistruZammit Dimech qal li d-deċiżjoni ttieħdet wara li tkellem kemm mal-Prim Ministru Lawrence Gonzi kif ukoll mal-Kap ta’ l-Oppożizzjoni Alfred Sant peress li din hija festa nazzjonali li l-mod kif tkun ċelebrata hu regolat bi ftehim bejn il-Gvern u l-Oppożizzjoni. Hu qal li għalhekk kien hemm kunsens nazzjonali li għandha ssir din l-eċċezzjoni biex din is-sena it-tifkira ssir fil-Birgu.
Il-Ministrugħat-Turiżmu u Kultura qal li l-programm tal-Birgu tħejja flimkien mill-Kumitat Festi Nazzjonali u mill-Kunsill Lokali Birgu. Hu qal li l-programm jibda fis-7.15pm u jinkludi mużika u drama, diskors ewlieni ta’ l-okkażjoni li din is-sena se jsir minn Monsinjur Fortunato Mizzi, Direttur tal-Moviment Azzjoni Soċjali. Il-kommemorazzjoni tagħlaq b’diskors mill-Prim Ministru Lawrence Gonzi u bi tqegħid ta’ kuruni mal-monument.
FrancisZammit Dimech qal li se tieħu sehem fil-programm il-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta . Qabel jibda l-programm se jitlaq korteo magħmul mil-għaqdiet tal-Birgu u nies oħra minn Couvre Porte sa quddiem il-Monument f’Misraħ ir-Rebħa.
Il-MinistruZammit Dimech qal li f’Jum it-8 ta’ Settembru fl-10.00 a.m. ikun hemm Pontifikal Solenni fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, immexxi minn Monsinjur Arċisqof Gużeppi Mercieca. Għall-Pontifikal se jattendi wkoll l-E.T. il-President ta’ Malta , Eddie Fenech Adami  li malli jasal quddiem San Ġwann jingħata s-salut mill-Banda tal-Forzi Armati ta’ Malta , li aktar qabel tagħmel marċ tul Triq ir-Repubblika.
Il-MinistruZammit Dimech qal li wara l-Pontifikal il-President ta’ Malta , akkumpanjat minnu u miċ-Chairman tal-Kumitat Festi Nazzjonali jqiegħed kuruna mal-Monument ta’ l-Assedju l-Kbir fi Triq ir-Repubblika.
Ir-RegattaNazzjonali tat-8 ta’ Settembru ta’ din is-sena se tinkludi klabb ġdid tad-dgħajjes, dak ta’ Birżebbuġa li se jingħaqad mas-sitt distretti ta’ madwar il-Port il-Kbir – Bormla, Isla, Birgu, Kalkara, Marsa u Marsamxett – fit-tiġrijiet li se jibdew għall-ħabta tas-2.00 pm.
Attivita’ġdida fiċ-ċelebrazzjonijiet tat-8 ta’ Settembru se tkun wirja ta’ abseiling mill-aqwa talent li għandna f’pajjiżna f’din id-dixxiplina. Il-Ministru Francis Zammit Dimech qal li t-8 ta’ Settembru mhux biss kienet festa nazzjonali li tfakkar ir-rebħiet tal-Maltin fuq it-Torok fl-Assedju l-Kbir u fuq in-Nażiżmu u l-Faxxiżmu fl-aħħar Gwerra Dinjija, iżda kienet okkażjoni li l-Maltin kollha flimkien, bħala poplu wieħed, jifhmu minn xhiex għaddew missirijietna biex hekk ikollhom il-kuraġġ iħarsu ’l quddiem.
Sadattantfis-7 ta’ Settembru, iċ-Chairman u s-Segretarju Eżekuttiv tal-Kumitat Festi Nazzjonali jqiegħdu kuruni f’dawn il-postijiet:

·        Fl-10.30 a.m. mal-Monument tal-Vittmi ta’ l-Assedju fiċ-Ċimiterju ta’ l-Addolorata;

·        Fl-10.45 a.m. fuq il-qabar tal-vittmi ta’ l-Assedju l-Kbir fil-Forti Sant’Anġlu, il-Birgu;

·        Fil-11.00 a.m. mal-Monument tar-Rebħa fil-Misraħ ta’ l-Isla.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow