Left arrow Mur Lura

Il-Gvern japprezza li l-Kummissjoni tal-Knisja stqarret li ”taqbel fil-prinċipju ma’ l-iżvilupp kif qed ikun propost issa” dwar l-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin

pr1268
Date Icon 02/09/2005
L-opinjoni aġġornata tal-Kummissjonital-Knisja dwar l-Ambjent dwar il-proposti għat-titjib ta’ l-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin tikkonferma kemm il-Gvern qed jagħmel l-investiment kollu possibli u jfittex l-aħjar soluzzjonijiet, biex tabilħaqq ikompli jpoġġi s-settur ta’ l-immaniġġjar ta’ l-iskart f’pajjiżna fuq sisien sostenibbli.  Tant hu hekk li l-Kummissjoni tistqarr li: ”taqbel fil-prinċipju ma’ l-iżvilupp kif qed ikun propost issa”.
L-opinjoni aġġornata tal-Kummissjonital-Knisja tistqarr ukoll li l-Gvern huwa sensittiv għall-bżonnijiet tar-residenti l-aktar viċin l-impjant.  Il-Gvern japprezza l-pożizzjoni tal-Kummissjoni tal-Knisja li: ”din il-bidla kienet tirrikjedi sens ta’ impenn u sensittivita’ min-naħa ta’ l-awtoritajiet konċernati lejn x’jaħsbu l-komunitatjiet ta’ l-inħawi”.
Dawn kienu l-ewwel reazzjonijiettal-Ministru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent George Pullicino b’riferenza għall-opinjoni ppubblikata llum mill-Kummissjoni tal-Knisja dwar l-Ambjent dwar il-proposti għat-titjib ta’ l-impjant ta’ riċiklaġġ ta’ Sant’Antnin.  L-opinjoni tal-Kummissjoni tal-Knisja hija aġġornata wara l-publikazzjoni tat-tieni Environmental Statement dwar il-proposti għall-impjant.  Il-Kummissjoni tal-Knisja tgħid li: ”tinnota b’sodisfazzjon, li ħafna mill-oġġezzjonijiet li kellha għall-iżvilupp (kif propost qabel) kienu indirizzati fil-proposta l-ġdida”.
Huwa pożittiv li fir-rigward ta’ sitialternattivi għall-impjant, il-Kummissjoni tal-Knisja tirrimarka li: ”Kien ikun aktar għaqli jekk f’dan il-każ fejn qed ikun propost titjib ta’ impjant diġa eżistenti, ma jkunx hemm il-bżonn li jsir eżerċizzju bħal dan”.  Dan ixejjen bosta mill-argumenti li għadhom isiru sa’ llum dwar is-sit ta’ Sant’Antnin.
Il-Ministeru għall-Affarijiet Rurali u l-Ambjentjinnota b’sodisfazzjon li l-Kummissjoni tal-Knisja tagħraf ix-xogħol siewi li sar biex il-proposti għal Sant’Antnin inaqqsu kemm jista’ jkun l-impatt negattiv li l-impjant jista’ jkollu fuq ir-residenti tal-madwar.  Huwa pożittiv ukoll li l-Kummissjoni tal-Knisja tistqarr li l-impatti li mistennija jkunu kkawżati minn trafifku u ħsejjes issa mistennija jkunu ferm anqas u għalhekk f’livelli aċċettabbli.  Dan huwa rifless b’mod l-aktar evidenti fl-Environmental Statement (ES) aġġornat.
L-opinjoni tal-Kummisjsoni tal-Knisja tgħid:”Fil-pjanijiet il-ġodda, hemm tnaqqis sostanzjali kemm fid-dimensjoni ta’ l-iżvilupp kif ukoll fl-ammont ta’ skart li ser ikun ipproċessat fih (terz ta’ dak propost oriġinalment fl-ewwel ES.  Dan il-fatt waħdu jnaqqas sinifikament, ħafna mill-impatti negattivi li kien se jkollu l-iżvilupp kif propost fil-bidu”.  Il-Ministru George Pullicino qal li huwa ta’ sodisfazzjon li l-Kummissjoni tinnota dan il-fatt għaliex dan hu dak li ilu jgħid il-Gvern tul id-dibattitu kollu dwar il-proposti għall-immodernizzar ta’ l-impjant ta’ Sant’Antnin.
Biex jassigura li dan iseħħ il-Gvernmhux qed jixxaħħaħ u għal dan l-impjant biss alloka mas €17-il miljun minn fondi ta’ l-Unjoni Ewropea u tal-Gvern Malti biex l-iżvilupp isir bl-aħjar teknoloġija li teżisti llum.  Ta’ min jgħid li dawn il-fondi jistgħu jintilfu jekk ix-xogħolijiet ma jitlestux sa’ l-aħħar ta’ Ġunju ta’ l-2007.
Il-Gvern irid iserraħ moħħil-Kummissjoni tal-Knisja, u tal-poplu kollu, li se jibqa’ jistinka biex il-proposti jkomplu jkunu perfezjonati biex l-impatt ikompli jitnaqqas kemm jista’ jkun.  Fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni dwar garanziji li jingħataw fuq l-impjant, irid jitfakkar li bħalissa għaddej xogħol ta’ tħejjija fuq l-aġġornament ta’ l-Istratepija Nazzjonali dwar l-Iskart ta’ l-2001 u din għandha tipprovdi l-parametri tal-proposti tal-Gvern għal dan is-settur.
Il-Gvern minn issa jistiedenlill-Kummissjoni tal-Knisja biex tipparteċipa bl-aħjar mod fil-proċess ta’ konsultazzjoni pubblika li jsir wara li jkun pubblikat l-abbozz aġġornat ta’ l-istrateġija.
Il-Gvern jaqbel ma’ l-appelltal-Kummissjoni tal-Knisja dwar l-Ambjent biex suġġett tant sensittiv bħalma hu l-immanniġġjar ta’ l-iskart jitħalla ”ħieles minn kull gwadann partiġġjan”.
Kif tgħid l-istess Kummissjoni tal-Knisja:”F’pajjiż żgħir bħal tagħna, l-għażla ta’ sit fejn jinbena impjant għall-ipproċessar ta’ l-iskart dejjem ser tikkawża inkonvenjent.  Madanakollu, pajjiżna ma jistax, biex ma joħloqx dan it-tip ta’ inkonvenjent, joħloq inkonvenjent akbar...bħal dak tal-Magħtab”.
B’riferenza għal dan il-MinistruPullicino qal li dan hu l-appell tal-Gvern ukoll u jekk inkunu kapaċi negħlbu dan l-ostaklu nkunu nistgħu verament nimmiraw lejn kwalita’ ta’ ħajja aħjar għalina u għal ġenerazzjonijiet futuri.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow