Left arrow Go Back

Negozji fil-lokalita’ għall-ħolqien t’impjiegi ġodda

pr1267
Date Icon 02/09/2005
F’konferenzata’ l-aħbarijiet, is-Segretarju Parlamentari għan-Negozji Żgħar u s-Self Employed, Edwin Vassallo, nieda skema li biha ser jingħata ġieħ lil imprendituri u artiġjana f’numru ta’ lokalitajiet.  “Aħna konna stedina lill-Kunsilli Lokali kollha biex jipparteċipaw f’din l-iskema, u dawn huma l-ewwel Kunsilli Lokali li ser ikun qegħdin iwettqu din l-iskema.  Is-Segretarjat tiegħi xtaq li fil-Kunsilli Lokali jiġi ntrodott il-kunċett ta’ premju għall-artiġjanat u l-imprenditorija fil-lokalita`.  Aħna tajna linji ta’ gwida ta’ kriterji minimi għal din l-iskema, iżda mbagħad il-Kunsill Lokali għandhom il-liberta` li jagħmlu kriterji oħra kif jixtiequ.
“Il-kriterjiminimi li stabbilejna huma:

     i.      Li jkollu negozju tiegħu f’dik il-Komunita’ fis-sena li għaliha jkun qed jingħata l-premju

     ii.     Li bin-negozju tiegħu ikun ta servizz jew għamel ġid lill-istess Komunità

     iii.    Fil-mod ta’ kif ikun iġġestixxa n-negozju tiegħu huwa jkun ta prijorità lill-ambjent

    iv.     Huwa magħruf li fin-negozju tiegħu huwa dejjem kien ta’ servizz għal persuni oħra u għall-klijenti

     v.     Kemm-il darba kien jew għadu jimpjega ħaddiema miegħu, huwa meħtieġ li jkun magħruf li jistmahom u jirrispetta d-drittijiet tagħhom

    vi.     Ikun magħruf li għen lill-għaqdiet tal-volontarjat fil-komunità

    vii.    Ikun serva ta’ eżempju biex fil-lokalità l-imprendituri jgħollu dejjem iżjed il-kwalita’ tas-servizz li joffru

    viii.   Ikun magħruf għall-mod ġust kif ikun iġġestixxa n-negozju tiegħu

    ix.    Li jkun żamm in-negozju tiegħu, inkluż il-faċċata, b’dehra attrajenti

    x.     Li jkun iħaddem miegħu numru ta’ impjegati residenti fil-lokalità  

“L-ideahi li jkun hemm eżempju ta’ negozju idejali f’kull lokalità biex b’hekk negozji oħra jkunu jistgħu jimxu fuq dan l-eżempju, u b’hekk jgħinu lill-istess komunità.”
Preżentigħall-konferenza ta’ l-aħbarijiet kien hemm rappreżentanza mill-Kunsilli tal-Mosta, San Ġwann, Santa Venera, il-Pieta, l-Iklin u s-Swieqi.  Is-Sindki u kunsillieri esprimew is-sodisfazzjon tagħhom għal din l-iskema u għal kif għandha taffettwa l-artiġjanat u l-imprenditorija fil-komunitajiet tagħhom.
Is-SegretarjuParlamentari Edwin Vassallo kkonkluda billi qal li “permezz ta’ din u skemi oħra, nistgħu noħolqu l-kunċett tal-ħolqien ta’ l-impjiegi, fejn il-Kunsilli Lokali jistgħu jħarsu lejn in-negozji fil-lokalitajiet tagħhom mhux bħala tfixkil, iżda bħala entità li qegħdin iżidu l-impjiegi.  Jiena nawgura li fi ftit żmien ieħor Kunsilli oħra jimplimentaw din l-iskema biex b’hekk jingħata tassew ġieh lil imprendituri u artiġjana fil-lokalitajiet.”
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow