Left arrow Go Back

Il-ministru George Pullicino jwieġeb lil kumitat kontra l-impjant għar-riċiklaġġ

pr1266
Date Icon 02/09/2005

Il-Ministru ghall-Affarijiet Rurali u l-Ambjent, l-Onor. George Pullicino, illum wieġeb lil ‘Kumitat Kontra l-Impjant għar-Riċiklaġġ Kif Propost’.

Kopja ta’ din l-ittra qed tidher hawn taħt:

2 ta’ Settembru, 2005    

Is-SurJoe Sant Segretarju, Kumitat kontra l-Impjant għar-Riċiklaġġ kif Propost c/o 228, Triq is-Salini, Marsaskala
SurSant,
Nirreferigħat-talba tal-Kumitat tiegħek għall-estensjoni tal-perjodu ta’ konsultazzjoni, liema talba giet riferuta anke lill-media.  Tajjeb tkun infurmat li hija l-MEPA l-Awtorita’ kompetenti f’dan il-każ u l-proċedura li għandha tintuża f’każ bħal dan toħroġ minn Artiklu 25 tar-regolamenti dwar l-Environment Impact Assessments (EIA).  Jien nemmen li din il-proċedura qed tkun segwita b’mod tajjeb mill-MEPA. Jien infurmat li l-MEPA diġa kitbet lill-Kumitat tiegħek.  Għalhekk ma narax lok għaliex il-Gvern għandu jintervjeni f’dan il-każ.
Madankolluirrid infakkrek li dan il-proċess beda fl-2003, sentejn ilu u naħseb li dan hu żmien biżżejjed biex wieħed seta’ jagħmel l-analiżi kollha meħtieġa. Kull stadju tal-proċess kien, u għadu wieħed trasparenti u l-partijiet kollha nvoluti kienu nfurmati u nvoluti fil-fażijiet kollha tiegħu.
Irridnieħu din l-okkażżjoni wkoll biex nappella li m’għandu jsir ebda tentattiv li jista’ jwassal biex Malta titlef minn fondi allokati mill-Unjoni Ewropea u mill-Gvern Malti biex l-impjant ta’ Sant’Antnin ikun mmodernizzat u l-impatt tiegħu fuq ir-residenti ta’ l-inħawi jitnaqqas kemm jista’ jkun.  Biex dawn il-fondi ma jintilfux minn pajjiżna, dawn il-flus iridu jintefqu sa’ Ġunju ta’ l-2007.
Irridinfakkrek ukoll li l-Environment Statement li ġie aġġornat jinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet li saru wkoll minn Profs Alfred Vella fir-rapport li kien ikkummissjonat mill-Kunsill Lokali ta’ Wied il-Għajn.  Dan sar biex l-impatt li dan l-impjant jista’ jħalli jitnaqqas kemm jista’ jkun.
Fl-aħħarnett,irrid nieħu din l-opportunita’ biex intenni l-appell tal-Gvern biex dan is-suġġett tant sensittiv u importanti jitħalla ‘l fuq minn opportuniżmu  politiku.  B’hekk biss nistgħu nimmiraw lejn kwalita’ ta’ ħajja aħjar għalina u għal ġenerazzjonijiet futuri.
Inselligħalik,
GeorgePullicino
Kopjagħall-mezzi tax-Xandir
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow