IR-RIFORMA FL-EDUKAZZJONI… SEBGĦA U TLETIN SKOLA TAL-GVERN FI TLIET KULLEĠĠI BI PROVA
| Il-Ministeru ta’ l-Edukazzjoni fl-ewwel | term ta’ din is-sena skolastika ser iniedi erba’ proġetti bi prova (pilot projects) fir-riforma ta’ l-edukazzjoni. Tnejn u tletin skola tal-Gvern, 26 primarji u sitt skejjel sekondarji, ser jiġu riorganizzati fi tliet Kulleġġi. Il-ħames skejjel speċjali tal-Gvern ukoll ser jiġu minsuġa (networked) flimkien biex jingħata bidu għall-bidliet meħtieġa fil-qasam ta’ l-edukazzjoni inklussiva u dik speċjali. Għal dan l-iskop ġiet pubblikata sejħa interna fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni għall-applikazzjonijiet minn uffiċjali għolja u Kapijiet fl-iskejjel biex jiġu magħżula erba’ uffiċjali li ser jiġu assenjati bħala koordinaturi tal-fażi pilota tal-proġett tan-networking fl-iskejjel kif imfisser fid-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll” (For All Children to Succeed). |
| Dan ħabbru | l-Ministru Louis Galea meta il-Ġimgħa filgħaxija indirizza mijiet ta’ ġenituri li ltaqgħu f’Konferenza organizzata mill-Assoċjazzjoni Kunsilli ta’ l-Iskejjel (AKS) fil-Lukanda Dolmen, Buġibba, bit-tema “Riforma fl-Edukazzjoni ta’ Uliedek…Kun Af.” Il-Konferenza kienet indirizzata ukoll mis-Segretarju Permanenti fil-Ministeru Frans Borg, id-Direttur Ġenerali ta’ l-Edukazzjoni, Dr Cecilia Borg, u l-President ta’ l-AKS Carol Debono. Fil-laqgħa ħadet sehem ukoll Micheline Sciberras, il-Policy Coordinator fil-Ministeru. |
| Fil-bidu ta’ dan ix-xahar il-Ministru | Louis Galea iltaqa` ma’ qrib tlett elef kapijiet ta’ skejjel u għalliema f’Malta u Għawdex wara li kien diġa` iltaqa` mad-Diretturi, Assistenti Diretturi, u Uffiċjali Edukattivi fid-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Id-dokument tar-riforma fl-istrutturi tas-sistema edukattiva ġie ukoll preżentat lill-membri tal-Fakultà ta’ l-Edukazzjoni fl-Universita`, lill-AKS, lill-UHM u l-GWU, kif wkoll lill-korpi kostitwiti l-FOI, MEA, GRTU, MHRA, u l-Kamra tal-Kummerċ. Il-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Socjali ukoll kellu laqgħa apposta fejn il-Ministru Galea ippreżenta d-dokument tar-riforma. Bħalissa l-Ministeru flimkien mad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni qiegħdin fi proċess ta’ konsultazzjoni u negozjati ma’ l-Unjon ta’ l-Għalliema (MUT) dwar id-dettalji tal-proposti tal-Gvern li tħabbru f’Ġunju li għadda. |
| Fil-Konferenza tal-Ġimgħa | filgħaxija l-ġenituri wrew l-appoġġ u l-entużjażmu tagħhom għan-nisġa ta’ l-iskejjel kollha tal-Gvern f’numru ta’ Kulleġġi li jiġbru fihom il-livelli tal-kinder, primarju u sekondarju f’Kulleġġ wieħed. Il-Presidenta tal-AKS Carol Debono fissret li l-Assoċjazzjoni tqis il-proposti tal-Gvern bħala opportunità mill-aqwa għat-tiġdid tas-sistema edukattiva f’pajjiżna. Hija ddeskriviet l-idea tat-twaqqif tal-Kulleġġi bħala waħda sabiħa u innovattiva li jekk titwettaq tajjeb għandha tittrasforma l-klassijiet u l-iskejjel tal-Gvern f’esperjenza ta’ kwalità. “Aħna l-ġenituri ninsistu mal-Gvern li jagħtina skejjel għal uliedna li fihom tassew jistgħu jirnexxu lkoll. Uliedna huma l-aktar ħaġa għażiża li għandna u aħna lesti naħdmu ma’ kulħadd biex niżviluppawhom f’ċittadini u ħaddiema mill-aqwa.” |
| Il-Ministru Louis Galea spjega lill-ġenituri | xi tfisser ir-riforma li qed jipproponi l-Gvern fid-dokument “Biex Uliedna Jirnexxu Lkoll”. Huwa sostna li l-mira tal-Gvern hi li jagħmel mill-iskejjel kollha ta’ pajjiżna l-aqwa għodda għal soċjeta` b’saħħitha f’kull sens. “Huwa biss jekk uliedna jiksbu kollha kemm huma edukazzjoni ta’ kwalità li pajjiżna jista’ joffri l-aqwa inċentivi biex ikollna investiment li jkattar l-impiegi u l-ġid għal kulħadd.” |
| Il-Ministru Galea fisser li minflok il-150 | skola tal-Gvern jibqgħu kull waħda għal rasha, ser ikun numru ta’ Kulleġġi li jiġbru fihom skejjel primarji u sekondarji flimkien skond arja ġeografika partikolari. B’hekk jibda l-proċess biex l-iżvilupp edukattiv tat-tfal isir wieħed kontinwu, bl-anqas skossi possibbli, fi skejjel li jaħdmu aktar flimkien. Kull Kulleġġ ser ikollu Amministratur maniġerjali u Precincts Officer li b’tim ta’ ħaddiema ser jieħdu ħsieb ħafna mix-xogħol ta’ amministrazzjoni, maintenance u tindif ta’ skejjel. B’hekk il-Kapijiet ta’ l-iskejjel ikunu jistgħu jiffukaw aħjar fuq l-iżvilupp edukattiv tat-tfal, filwaqt li l-għalliema jkollhom aktar appoġġ biex itejjbu l-kwalità tat-tagħlim fil-klassi. |
| Il-Ministru Galea ħabbar | li fis-sena skolastika li jmiss ser jitwettqu erba’ proġetti bi prova bl-iskop li jiġu ittestjati u evalwati preliminarjament uhud mill-proposti tar-riforma. Għal dan l-iskop ser jitwaqqfu tliet Kulleġġi, wieħed li jiġbor l-ibliet tal-Kottonera, ieħor għal Għawdex, u ieħor li jiġbor fih l-iskejjel ta’ madwar Ħal Kirkop. Progett iehor bi prova ser ikun il-ġabra flimkien ta’ l-iskejjel speċjali u t-twettiq tar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Spiteri dwar l-edukazzjoni inklussiva u speċjali. |
| Kull Kulleġġ bi prova ser ikun immexxi | minn uffiċjal għoli tad-Diviżjoni ta’ l-Edukazzjoni. Xogħol dan il-Koordinatur ser ikun li, flimkien mal-Kapijiet ta’ l-iskejjel, jintroduċi, jmexxi u jevalwa l-esperjenza ta’ networking ta’ dawk l-iskejjel fdati lil dan il-Kulleġġ. Il-Koordinatur irid ukoll jippresjedi l-Kunsill tal-Kapijiet u jiffaċilita l-holqien ta’ prattika li tindirizza problemi u programmi komuni għall-iskejjel fil-Kulleġġ. Ser ikun hemm ukoll Steering Group għar-Riforma Edukattiva mmexxi mill-Ministru li ser isegwi l-iżvilupp tal-proġetti pilota. |
| Il-Ministru Galea fisser li bil-Kulleġġi | l-edukazzjoni ta’ uliedna fl-iskola ser titjieb billi, fost ħwejjeġ oħra : |
· It-tfal jibdew jgħaddu mil-livell primarju għal dak sekondarju bl-anqas skossi possibbli.
· L-edukazzjoni tkun aktar skond il-bżonnijiet ta’ l-istudenti u b’mod kemm jista` jkun
personalizzat.
· L-iskejjel isiru aktar awtonomi u jħaddmu aħjar u flimkien ir-riżorsi tagħhom.
· Ikun hemm attenzjoni u verifika aktar tal-kwalità tat-tagħlim.
· Il-ġenituri jissieħbu flimkien mal-Kap u l-għalliema biex jappoġġjaw l-edukazzjoni ta’
uliedhom.
· L-iskejjel ikomplu jiġu modernizzati b’għodda ta’ tagħlim u appoġġi meħtieġa.
| Meta kien qed iwieġeb għall-diversi | mistoqsijiet u kummenti li għamlu l-ġenituri l-Ministru Galea fisser li l-eżami tal-Junior Lyceum ser jibqa` iżda ser jibda proċess l-ewwel biex jiġi modifikat ħalli t-tfal kollha fl-iskejjel tal-Gvern joqgħodu għalih, u t-tieni biex tiġi żviluppata sistema nazzjonali ta’ assessment (national benchmarking) li biha t-tfal kollha ta’ l-iskejjel ta’ l-Istat, tal-Knisja u tal-Privat jiġu perjodikament ittestjati dwar il-livell u l-istandards li jkunu laħqu fi stadji differenti ta’ l-iskola tagħhom mill-ewwel sena tal-primarja sa Form 5 tas-sekondarja. |
| Il-Ministru Galea fisser ukoll li kull | skola ser jibqa` jkollha l-Kunsill Skolastiku tagħha anke jekk qed jinħasbu modifiki biex il-Kunsilli jaħdmu aħjar fi ħdan il-Kulleġġ ta’ l-iskejjel tagħhom. |
| Id-Direttur Ġenerali | ta’ l-Edukazzjoni Dr Cecilia Borg ferħet lill-ġenituri għall-interess kbir li qed juru u li dan hu indikazzjoni ċara tar-rieda tagħhom li jifformaw parti integrali flimkien ma’ l-iskejjel fl-iżvilupp edukattiv ta’ uliedhom. Dr Borg sostniet li l-proċess ta’ riformi fis-sistema edukattiva huwa wkoll opportunità importanti ħafna għall-edukaturi kollha fil-pajjiż. “Jien ninsab fiduċjuża li l-għalliema li għandna huma ta’ kwalità u huma ħerqana jissieħbu f’dan il-proċess ta’ tiġdid u titjib. Jekk naħdmu tajjeb flimkien għandna naslu biex fi żmien qasir inwettqu bidla radikali għall-ġid tat-tfal tagħna u ta’ pajjiżna.” |
| Is-Segretarju Permanenti Frans Borg qal li | l-preżenza qawwija tal-ġenituri tikkonferma li l-ġenituri Maltin u Għawdxin lesti li jitgħallmu kif jgħinu fl-iżvilupp ta’ uliedhom b’mod aktar effettiv. Huwa appella biex ommijiet u missirijiet jerfgħu b’aktar impenn ir-responsabbilita` tagħhom fl-edukazzjoni sħiħa ta’ l-ulied. “Filwaqt li aħna konxji ta’ l-iżviluppi soċjali li qed iseħħu fil-familja Maltija, ikun żball jekk il-ġenituri jaħsbu li l-edukazzjoni ta’ kwalità tiġi biss mill-iskejjel.” |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946