IL-GVERN SE JANALIŻŻA L-PROPOSTI TA’ FRANCO FRATTINI DWAR OQSMA LI GĦANDHOM X’ JAQSMU MA’ L-IMMIGRAZZJONI IRREGOLARI
pr1259
02/09/2005
| Il-Ministeru għall-Ġustizzja | u Intern jilqa' il-proposti mħabbra l-bieraħ mill-Viċi President tal-Kummissjoni u Kummissarju Ewropew għall-Ħelsien, Sigurta' u Ġustizzja, Franco Frattini, dwar oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni irregolari, fosthom ir-ripatrijazzjoni u l-integrazzjoni ta' persuni minn pajjiżi terzi. Dawn huma l-proposti li kienu ġew imħabbra mill-Viċi President Frattini proprju fiż-żjara li kien għamel f'Malta f'Lulju li għaadda u huma importanti ħafna għal pajjiżna.Iktar ma ssir ħidma u tingħata attenzjoni għall-problemi marbuta ma’ dan is-settur iktar nkunu f'posizzjoni li fuq livell Ewropew nwettqu s-soluzzjonijiet neċessarji. |
| Il-Gvern Malti ser janaliżża | fid-dettal l-impatt li dawn jistgħu jkollhom u jħallu dawn il-proposti fuq is-sitwazzjoni lokali kif ukoll li jagħti l-kontribut tiegħu bil-għan li jiġi assigurat li jkollna sistema ġusta u trasparenti. Sistema li aħna nittamaw li ser tiffaċilita u tissoda l-implimentazzjoni tal-politika imħaddna minn Malta f'dan il-qasam, jiġifieri li tingħata protezzjoni u għajnuna lil kull min verament ħaqqu filwaqt li jittiehdu l-miżuri neċessarji, partikolment permezz tar-ripatrijazzjoni, ma' dawk li ma ħaqqhomx. Fl-istess ħin, Malta ser tibqa' tinsisti li l-piż kbir li qed iġorru l-istati fuq il-fruntiera ta' l-Unjoni Ewropea, bħal Malta , jiġi maqsum bejn l-istati membri kollha skond kif stabbilit fil-programm ta' The Hague . Wara kollox l-iżgħar stat membru ma jistax jitħalla jġorr dan il-piż enormi waħdu. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946