Left arrow Go Back

IL-GVERN SE JANALIŻŻA L-PROPOSTI  TA’ FRANCO FRATTINI DWAR OQSMA LI GĦANDHOM  X’ JAQSMU MA’ L-IMMIGRAZZJONI  IRREGOLARI

pr1259
Date Icon 02/09/2005
Il-Ministeru għall-Ġustizzjau Intern jilqa'  il-proposti mħabbra l-bieraħ mill-Viċi President tal-Kummissjoni u Kummissarju Ewropew għall-Ħelsien, Sigurta' u Ġustizzja, Franco Frattini, dwar oqsma li għandhom x'jaqsmu ma' l-immigrazzjoni irregolari, fosthom ir-ripatrijazzjoni u l-integrazzjoni ta' persuni minn pajjiżi terzi.  Dawn huma l-proposti li kienu ġew imħabbra mill-Viċi President Frattini proprju  fiż-żjara li kien għamel f'Malta f'Lulju li għaadda u huma importanti ħafna għal pajjiżna.Iktar ma ssir ħidma u tingħata attenzjoni għall-problemi marbuta ma’ dan is-settur iktar nkunu f'posizzjoni li fuq livell  Ewropew nwettqu s-soluzzjonijiet neċessarji.
Il-Gvern Malti ser janaliżżafid-dettal l-impatt li dawn jistgħu jkollhom u jħallu dawn il-proposti fuq is-sitwazzjoni lokali kif ukoll li jagħti l-kontribut tiegħu bil-għan li jiġi assigurat li jkollna sistema ġusta u trasparenti.  Sistema li aħna nittamaw li ser tiffaċilita u tissoda l-implimentazzjoni tal-politika imħaddna minn Malta f'dan il-qasam, jiġifieri li tingħata protezzjoni u għajnuna lil kull min verament ħaqqu filwaqt li jittiehdu l-miżuri neċessarji, partikolment permezz tar-ripatrijazzjoni, ma' dawk li ma ħaqqhomx.  Fl-istess ħin, Malta ser tibqa' tinsisti li l-piż kbir li qed iġorru l-istati fuq il-fruntiera ta' l-Unjoni Ewropea, bħal Malta , jiġi maqsum bejn l-istati membri kollha skond kif stabbilit fil-programm ta' The Hague .  Wara kollox l-iżgħar stat membru ma jistax jitħalla jġorr dan il-piż enormi waħdu.
Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

More Press Releases Right arrow