Beda jinħadem id-dramm televisiv ‘Santa Monika’
pr1258
02/09/2005
| Santa Monika hi l-qaddis protettur ta’ vittmi | mill-abbuż, żwiġijiet diffiċli, nisa tad-dar, nisa miżżewġa u vittmi ta’ abbuż verbali. It-titlu ‘Santa Monika’ ingħata wkoll lil faċilita’ korrettiva fittizja tan-nisa fejn nisa minn kull tip ta’ ħajja, jqattgħu ħajjithom fil-ħabs anke jekk uħud minnhom huma vittmi innoċenti tas-soċjeta’ jew tas-sistema. |
| Imħabba, mibgħeda, ambizjoni, korruzzjoni u | intrigi huma fost l-istejjer li fuqu hu mibni t-teleserial ‘Santa Monika’ li jdur madwar il-ħajja tal-ħabsin nisa, il-ħajja tal-wardens fil-Faċilita’ Korrettiva kif ukoll ta’ uħud minn dawk li jiġu mill-ħabsin. |
| ‘Santa Monika’ inkiteb minn Fredrick Zammit, | hu dirett minn Fabian Mizzi, bi produzzjoni eżekuttiva ta’ Image 2000 Ltd, li fl-imgħoddi taw produzzjonijiet bħal ‘F’Baħar Wieħed’, ‘Fenomeni’, ‘Sijju’, ’50 Eurovision’ u ‘Klinika’. Il-filming ta’ dan it-teleserial beda ix-xahar li għadda. Dan it-teleserial se jibda jintwera minn Net TV minn nhar it-Tnejn 3 ta’ Ottubru. |
| Il-Ministru għat-Turiżmu u Kultura Francis | Zammit Dimech kien preżenti għt-tnedija uffiċjali ta’ dan it-teleserial fid-Drama Filming Facilities f’Kordin. Il-Ministru Zammit Dimech feraħ lil dawk kollha li qed jieħdu sehem f’dan it-teleserial. “L-atturi li qed jieħdu sehem, il-parti l-kbira tagħhom atturi stabbiliti, huma garanzija li dan it-teleserial se jkun wieħed popolari u li jinżel tajjeb mat-telespettaturi,” qal il-Ministru Zammit Dimech. |
| Francis Zammit Dimech qal li | Malta hi post popolari għall-ġbid tal-films. Hu qal li dan qed iwassal biex qed tinbena f’pajjiżna infrastruttura għall-ġbid tal-films fejn ir-riżorsi umani għandhom l-akbar importanza. Il-Ministru Zammit Dimech qal li l-akbar attiv tagħna fil-qasam ta’ l-arti viżiva huma l-atturi li jilħqu livelli biex kull preżentazzjoni tkun mill-aqwa. |
Other Press Releases:
PR261947
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...
PR261946