Left arrow Mur Lura

Iktar minn 1,000 immigrant irregolari ripatrijati fl-ahhar 18 il-xahar

pr1252
Date Icon 02/09/2005
Il-problemata’ l-immigrazzjoni irregolari qed tkompli tikber b’wasliet regolari ta’ dgħajjes. S’issa din is-sena waslu iktar minn 1,000 immigrant irregolari, id-doppju ta’ dawk li kienu żbarkaw is-sena li għaddiet. Dan ifisser li għal kull żewg trabi ġodda li jitwieldu fil-pajjiż qed jiġi immigrant irregolari.
Minkejjal-politika riġida ta’ detenzjoni,  Malta hija l-pajjiż li għandu l-ogħla rata ta’ aċċettazzjoni fl-Ewropa b’sittin fil-mija ta’ dawk li jitolbu kenn (ażil) jingħataw xi forma ta’ protezzjoni.
Dawkli ma jikkwalifikawx għall-protezzjoni, wara li l-każ tagħhom jinstema mill-Kummissarju għar-Refugjati u jkun miċhud ukoll mill-Bord ta’ l-Appell, iridu jiġu ripatrijati. Dan huwa proċess li jieħu ċertu tul ta’ żmien minhabba l-fatt li kważi l-ebda immigrant irregolari li jasal Malta ma jkollu dokument ta’ identifikazzjoni.
Minkejjadawn id-diffikultajiet mhux żgħar, it-Taqsima ta’ l-Immigrazzjoni tal-Pulizija fl-aħħar tmintax-il xahar irripatrijat madwar 1,000 immigrant irregolari. Minn dawn, uħud li daħlu Malta regolarment u baqgħu hawn wara li skaditilhom il-visa. Kien hemm 239 persuna li waslu Malta f’dgħajjes li wkoll ġew ripratrijati lejn pajjizhom. Dawn kienu 228 Egizzjan, 6 mis-Somalja, 4 mit-Tunesija u wiehed mis-Sudan.
Il-GvernMalti ser ikompli jaħdem biex persuni li m’għadhomx bżonn ta’ protezzjoni għax huma immigranti ekonomiċi, jintbgħatu lura lejn pajjiżhom. Waqt iż-żjara li għamel dan l-aħħar il-Ministru Ingliz Tony McNulty, dan  wiegħed l-għajnuna tar-Renju Unit fit-taħrig ta’ uffiċjali Mlatin fit-tmexxija ta’ intervisti ta’ immigranti.
Maltaqed tipproponi ukoll li jitfassal pjan ta’ koperazzjoni bejn il-pajjiżi ta’ l-Unjoni Ewropea biex isiru titjiriet konġunti ta’ ripatrijazzjoni. Dan jagħmilha faċli biex Malta tibgħat lura persuni f’pajjiżi fejn il-linja ta’ l-ajru nazzjonali m’għandhiex titjiiriet u b’hekk tnaqqas ukoll l-ispejjez.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA  Ċertifikazzjoni internazzjonali tal-ogħla livell għad-dipartiment tar-radjoterapija fiċ-Ċentru tal-Onkoloġija Sir Anthony Mamo

PR261947

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU U MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Ċ...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT  Aktar minn 1,800 student jiggradwaw mill-Università ta’ Malta

PR261946

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-EDUKAZZJONI U L-ISPORT Aktar minn 1,800 stu...

Aktar Stqarrijiet Right arrow